IP/07/433
Brussell, id-29 ta’ Marzu 2007
Jidher ċar li maġġoranza kbira ħafna taċ-ċittadini Ewropej jaqblu mal-prinċipju tal-"kundizzjonalità" (cross-compliance), li jesiġi li l-bdiewa jkollhom tnaqqis fil-ħlas jekk ma jirnexxilhomx jissodisfaw l-istandards ta' ambjent, ta' benesseri ta' l-annimali u ta' sikurezza ta' l-ikel. Aktar minn tmenin fil-mija tan-nies jaqblu ma' dawn il-miżuri, u jgħidu li huma ġġustifikati bejn 83% u 86% skond l-istandards speċifiċi rispettiv.
F'dan is-sens, il-pubbliku kellu reazzjoni favorevoli għall-bidliet fil-mod ta' kif il-bdiewa jirċievu l-għajnuna. Dawk li huma tal-fehma li l-għotja ta' aktar fondi għall-iżvilupp rurali, kif ukoll il-ħlas dirett lill-bdiewa minflok is-sussidju tal-prodotti tagħhom huma żviluppi pożittivi huma 5 darbiet aktar (49%) meta mqabbla ma' dawk tal-fehma li huma żviluppi negattivi (11%). Il-bqija tan-nies mistħarrġa kellhom opinjoni newtrali jew ma tawx tweġiba.
Punt ieħor li jidher li hemm qbil dwaru huwa d-direzzjoni futura għall-politika agrikola, fejn il-pubbliku jaħseb li l-agrikoltura u ż-żoni rurali għandu jibqgħalhom rwol ċentrali fl-UE. Kważi 9 minn kull 10 (88%) tan-nies intervistati jaħsbu li dawn huma kwistjonijiet ta' importanza ewlenija għall-futur ta' l-Ewropa.
Dan joħroġ mill-opinjonijiet dwar il-proporzjon tal-baġit ta' l-UE li huwa allokat għall-PAK, li bħalissa hu bejn wieħed u ieħor 40%. Kważi 6 minn kull 10 (58%) huma tal-fehma li dan għandu jew jibqa' l-istess jew jiżdied fis-snin li ġejjin, u 17% biss huma konvinti li dan għandu jitnaqqas.
B'mod partikolari, il-fatturi li n-nies jaħsbu li l-UE għandha tagħtihom l-aktar importanza fil-politika agrikola tagħha huma:
Bħalissa, il-PAK hija meqjusa li qiegħda taqdi dmirha sew;- proporzjon għoli iqisu favorevolment il-provvista ta' ikel bnin u sigur, rispett għall-ambjent u l-benessri ta' l-annimali.
Dan l-istħarriġ sar ukoll fir-Rumanija u fil-Bulgarija, iżda r-riżultati ma ġewx inklużi fil-kejl tal-medji Ewropej minħabba l-istatus tagħhom bħala pajjiżi fil-proċess ta' l-Adeżjoni fiż-żmien li fih sar l-istħarriġ.
http://ec.europa.eu/agriculture/survey/index_en.htm
http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb_special_en.htm