Navigation path

Left navigation

Additional tools

Kompetizzjoni: L-inkjesta tal-Kummissjoni fis-settur ta' l-enerġija tikkonferma l-problemi serji ta' kompetizzjoni

European Commission - IP/07/26   10/01/2007

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/07/26

Brussell, l-10 ta' Jannar 2007

Kompetizzjoni: L-inkjesta tal-Kummissjoni fis-settur ta' l-enerġija tikkonferma l-problemi serji ta' kompetizzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-rapport finali tagħha ta' l-inkjesta dwar il-kompetizzjoni fis-settur ta' l-enerġija u kkonkludiet li l-konsumaturi u n-negozji qegħdin jagħmlu t-telf minħabba l-ineffiċjenza u l-prezzijiet għolja tas-swieq tal-gass u ta' l-elettriku. Problemi partikulari jinkludu livelli għolja ta' konċentrazzjoni fis-suq, l-integrazzjoni vertikali tal-provvista, tal-ġenerazzjoni u ta' l-infrastruttura li jwasslu għal nuqqas ta' aċċess ugwali ta investiment fl-infrastruttura, u investiment insuffiċjenti fl-infrastuttura; u, possibilità ta' kollużjoni bejn l-operaturi responsabbli biex jaqsmu s-swieq. Biex tittratta dawn il-problemi, il-Kummissjoni ser tkompli ssegwi l-azzjoni fil-każijiet individwali skond ir-regoli tal-kompetizzjoni (l-antitrust, il-kontroll fl-amalgamar ta' kumpaniji u l-għajnuna mill-istat) u taġixxi biex ittejjeb il-qafas regolatorju tal-liberalizzazzjoni ta' l-enerġija (ara wkoll IP/07/29). Il-Kummissjoni diġà għamlet numru ta' spezzjonijiet lill-kumpaniji li kien jeħtieġilhom li jkunu investigati.

Il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes qalet: "Dan ir-rapport mhux ser jinżel tajjeb ma' bosta kumpaniji ta' l-enerġija. In-nuqqas ta' investiment, speċjalment fin-netwerks, huwa kbir, bil-konsegwenza li l-klijenti qegħdin ibatu. Fuq bażi tal-fatti konkreti li hemm f'dan ir-rapport, il-Kummissjoni ser tieħu aktar azzjoni skond ir-regolamenti tal-kompetizzjoni u taġixxi biex ittejjeb il-qafas regolatorju bil-ħsieb li tassigura li l-konsumaturi jgawdu bis-sħiħ mil-liberalizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' enerġija sigura, bi prezzijiet kompetittivi u sostenibbli."

L-infurzar fil-Kompetizzjoni

Il-Kummissjoni ser teżerċita l-poteri kollha tagħha skond ir-regoli ta' l-antitrust (l-Artikoli 81, 82 u 86 tat-Trattat tal-KE), regoli li jikkontollaw l-amalgamar ta' kumpaniji (Regolament 139/2004) u kontroll dwar l-għajnuna mill-istat (Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE).

Il-Konċentrazzjoni fis-suq hija problema ewlenija u hemm bżonn li jkun hemm skrutinju bir-reqqa ta' amalgamar ta' kumpaniji fil-futur biex ikun żgurat li s-sitwazzjoni ma tkomplix tmur għall-agħar. Bħal fil-każijiet ta' qabel (eż. GdF/Suez – ara IP/06/1558, E.ON/MOL—ara IP/05/1658, il-Kummissjoni ser tagħti attenzjoni partikolari lil:

  • divestituri, kuntratt u/jew programmi ta' rilaxx tal-gass.
  • l-impatt ta' kuntratti 'l fuq fit-tul jew konċentrazzjoni 'l isfel.

l-Artikoli 81 u 82 jippermettu wkoll li jkunu applikati miżuri strutturali bħala rimedju għal ksur tal-liġi.

B'mod partikolar fejn is-sussidji mill-istat jikkontribwixxu biex isostnu s-swieq konċentrati u ma jħallux li l-liberalizzazzjoni tas-suq trabbi l-għeruq, tkun rikjesta applikazzjoni rigoruża tal-kontroll ta' l-għajnuna mill-istat.

Il-Kummissjoni ser tkun viġilanti fejn tidħol il-kollużjoni bejn dawk responsabbli mill-qsim tas-swieq, li hi waħda mill-akbar theddidiet serji għall-kompetizzjoni u għaldaqstant tibqa' priorità li tittieħed azzjoni ta' infurzar ta' l-antitrust. Din tirrifletti l-priorità ġenerali tal-Kummissjoni biex tikkumbatti t-tentattivi mill-intrapriżi li jikkoordinaw l-imġieba tagħhom fi-swieq aktar milli jikkompetu.

L-Integrazzjoni Vertikali bejn il-provvista u l-ġenerazzjoni u n-negozji infrastrutturali tidher li qed tkomplu żżid il-problemi fil-kompetizzjoni billi toħloq aċċess mhux ugwali għal informazzjoni essenzjali dwar is-suq u billi jippermettu lil dawk responsabbli li li jidħlu f'imġieba strateġika.

Nuqqas ta' aċċess għall-infrastruttura bħal netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni u/jew faċilitajiet ta' ħażna jistgħu jwasslu għall-problemi fil-kompetizzjoni partikolarment fejn għandu x'jaqsam l-aċċess bejn il-fruntieri, b'hekk tixxekkel l-integrazzjoni tas-suq. L-azzjoni f'dan il-qasam għandha tinkludi analiżi dwar il-kapaċità tal-ħażniet fit-tul u l-effetti tagħhom fil-kompetizzjoni 'l isfel.

Nuqqas ta', jew dewmien fl-investiment minn kumpaniji li jittrażmettu ma' kumpaniji li jissupplixxu, b'mod integrat vertikalment, li jxekklu l-integrazzjoni tas-suq, hi għajn oħra ta' tħassib. Per eżempju, l-awtorità nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' l-Italja sabet li operatur tan-netwerk b'mod integrat vertikalment waqqaf deliberatament proġett ta' investiment sabiex jaġevola lill-fergħa tiegħu li tissupplixxi billi ċaħħdet il-kompetituri mill-aċċess għal aktar kapaċità.

L-ambjent regolatorju

Kwistjonijiet ewlenin li għandhom x'jaqsmu ma' l-isrututtura tas-suq u l-ambjent regolatorju iridu jkunu indirizzati wkoll flimkien ma' l-infurzar f'każijiet individwali. L-inkjesta tas-settur identifikat numru ta' nuqqasijiet ġenerali fil-qafas regolatorju għas-swieq ta' l-elettriku u l-gass li kienu ikkunsidrati fir-reviżjoni tal-miżuri regolatorji tal-Kummissjoni għas-suq intern tal-gass u l-elettriku (ara MEMO/07/9).

1.1. Sfond

L-inkjesta tas-settur tnediet f'Ġunju 2005 (ara [ ] u [ ]). Ir-riżultati inizjali kienu ppreżentati f' forma ta' Dokument dwar il-Kwistjonijiet f'Novembru 2005 (ara [ ] u [ ]). Dan kien segwit minn rapport preliminari fi Frar 2006 li nieda konsultazzjoni pubblika (ara IP/06/174 u MEMO/06/78).

Fis-sottomissjonijiet tagħhom, l-imsieħba laqgħu l-oġġettività tar-rapport u l-livell ta' dettal. Il-kontribuzzjonijiet ġew minn kumpaniji mis-settur ta' l-enerġija, dawk responsabbli u kif ukoll dawk ġodda, minn regolaturi nazzjonali, awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, konsultazjzonijiet, uffiċċji legali, negozjanti fil-qasam ta' l-enerġija, operaturi tat-taqsim ta' cables ta' l-elettriku, konsumaturi, assoċjazzjonijiet ta' l-industrija u aġenziji governattivi. Ħafna talbu li jkun hemm rinfurzar tal-miżuri regolatorji. Kienu biss operaturi responsabbli - integrati vertikalment - li opponew aktar miżuri notevolment miżuri li jitolbu s-separazzjoni tal-proprjetà. Aktar tagħrif dwar l-inkjesta tas-settur jinsabu fuq:

http://ec.europa.eu/competition/antitrust/others/sector_inquiries/energy/

Ara wkoll MEMO/07/15.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website