Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: il-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament u tal-Kunsill jiffirmaw u jipproklamaw solennement il-Karta fi Strasburgu

European Commission - IP/07/1916   12/12/2007

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/07/1916

Brussell, it-12 ta' Diċembru 2007

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: il-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament u tal-Kunsill jiffirmaw u jipproklamaw solennement il-Karta fi Strasburgu

Illum, fi Strasburgu, il-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill iffirmaw u pproklamaw solennement il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan iwassal għall-iffirmar, għada, tat-Trattat ta' Liżbona. B'din il-karta ċ-ċittadini Ewropej ser ikollhom katalogu reali ta' drittijiet li jorbtu legalment għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta' l-Unjoni kif ukoll għall-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni. Dan huwa pass importanti fil-bini ta' l-Ewropa.

Fl-okkazzjoni ta' l-iffirmar tal-Karta llum, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sur José Manuel Barroso, iddikjara: "Bl-iffirmar u l-ipproklamar tal-Karta, il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni qed juru pubblikament il-volontà tagħhom li ma titħassarx li jagħmluha legalment torbot għall-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni. Id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej ser jissaħħu fl-oqsma tant importanti tad-dinjità umana, il-libertajiet fundamentali, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, iċ-ċittadinanza u l-ġustizzja." Huwa żied jgħid: "B'referenza għall-Karta fit-Trattat li ser jiġi ffirmat għada fl-Liżbona, l-Unjoni Ewropea tagħmel pass importanti ieħor fil-bini ta' l-Ewropa."

Il-Karta ser tkun utli bħala komplement għal istrumenti internazzjonali oħra, bħall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedeim, li fiha wkoll huwa ppjanat li tipparteċipa l-Unjoni.

Sfond

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ġiet ipproklamata solennement l-ewwel darba mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-marġini tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza fis-7 ta' Diċembru 2000. Il-proklamazzjoni ta' din il-Karta fl-2000 madankollu kienet biss impenn politiku, mingħajr effett legali obbligatorju. Din il-Karta ġiet adottata matul il-ħidma tal-Konvenzjoni Ewropea u tal-Konferenza Intergovernattiva ta' l-2003-2004. - notevolment f'dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet ġenerali - sabiex din tkun torbot legalment. Din l-istrateġija ġiet ikkonfermata fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2007 fin-negozjati għall-mandat għall-Konferenza Intergovernattiva u matul din ta' l-aħħar.

L-Artikolu 1, punt 8, tat-Trattat ta' Liżbona jistipula li l-Artikolu 6(1), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ser jiġi sostitwi bl-artikolu li ġej:

"L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji dikjarati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tas-7 ta' Diċembru 2000, kif emendata fit-[12 ta' Diċembru 2007], li għandha l-istess valur legali tat-trattati.

Id-dispożizzjonijiet tal-Karta ma jestendu bl-ebda mod il-kompetenzi ta' l-Unjoni kif definiti fit-Trattati.

Id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji ddikjarati fil-Karta huma interpretati konformement mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-titolu VII tal-Karta li jirregolaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' din ta' l-aħħar u billi jikkunsidraw kif xieraq l-ispjegazzjonijiet li hemm fil-Karta, li jindikaw is-sorsi ta' dawn id-dispożizzjonijiet."

Il-Karta, fil-verżjoni aġġornata fl-2007 u l-'ispjegazzjonijiet' aġġornati tal-Karta ser ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa xieraq li nippreċiżaw li skond l-Artikolu 51, "Id-dispożizzjonijiet tal-Karta huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji ta' l-Unjoni fir-rispett xieraq tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni."

Barra minn hekk, it-tliet test l-oħra tal-Konferenza Intergovernattiva ta' l-2007 jirreferu għall-Karta: il-protokoll Nru 7 dwar l-applikazzjoni tal-Karta lill-Polonja u lir-Renju Unit, id-dikjarazzjoni Nru 51 tal-Polonja dwar il-Karta u d-dikjarazzjoni Nru 53 tal-Polonja dwar il-protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta għall-Polonja u għar-Renju Unit. Ir-reġim partikolari miftiehem mar-Renju Unit u mal-Polonja ippermetta l-konservazzjoni tan-natura legali li tobot tal-Karta kif ukoll l-applikazzjoni sħiħa tagħha lill-25 Stat Membru l-ieħor.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website