Navigation path
Left navigation
Additional tools
IP/07/1825 Brussell, id-30 ta' Novembru 2007 Is-Sigurtà fil-Portijiet: il-Kummissjoni tibgħat opinjonijiet motivati lil Spanja, l-Estonja, Malta u r-Renju UnitIl-Kummissjoni Ewropea iddeċidiet li tibgħat opinjonijiet motivati lil Spanja, l-Estonja, Malta u r-Renju Unit minħabba li naqsu milli jittrasponu fid-dritt nazzjonali tagħhom ir-regoli Ewropej dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet. Opinjoni motivata tikkostitwixxi l-aħħar pass qabel ma tinfetaħ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.Id-Direttiva kkonċernata[1]għandha l-għan li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza taż-żoni kollha tal-portijiet. Għaldaqstant tikkompleta l-miżuri li diġà ilhom fis-seħħ mill-2004 esklussivament rigward il-bastimenti u t-terminals tal-portijiet. Tiddefinixxi r-regoli bażiċi komuni għal miżuri li jkunu maħsuba biex jipprevjenu l-atti illegali intenzjonali kontra l-portijiet u l-partijiet differenti tagħhom. Id-Direttiva tiddefinixxi wkoll mekkaniżmi għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u għall-kontroll tal-konformità. L-Istati Membri kellhom jiżguraw li din id-Direttiva jittrasponuha mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju 2007. [1] Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, Ġurnal Uffiċjali L 310, 25/11/2005. |
Side Bar