Navigation path

Left navigation

Additional tools

Sanzjonijiet għat-tniġġis mill-bastimenti: il-Kummissjoni tibgħat opinjonijiet motivati lil tmien Stati Membri

European Commission - IP/07/1796   28/11/2007

Other available languages: EN FR DE SV PT FI EL ET

IP/07/1796

Brussell, it-28 ta' Novembru 2007

Sanzjonijiet għat-tniġġis mill-bastimenti: il-Kummissjoni tibgħat opinjonijiet motivati lil tmien Stati Membri

Il-Kummissjoni Ewropea llum iddeċidiet li tibgħat opinjonijiet motivati lil Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall u r-Renju Unit minħabba li naqsu milli jadottaw liġijiet nazzjonali dwar sanzjonijiet kontra dawk li jkunu responsabbli għal skariki ta' tniġġis fl-ibħra.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu passi kontra t-tmien Stati Membri minħabba li ma ttrasponewx għal kollox fil-liġi nazzjonali tagħhom id-Direttiva[1] adottata fl-2005. Id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb is-sikurezza marittima u sseddaq il-ħarsien ta' l-ambjent ta' l-ibħra mit-tniġġis mill-bastimenti. Timplimenta fil-leġiżlazzjoni Komunitarja l-istandards internazzjonali dwar it-tniġġis mill-bastimenti, l-iskariki ta' sustanzi ta' tniġġis mill-bastimenti, meta jsiru intenzjonalment, b'mod imprudenti jew b'negliġenza serja, tiddefinixxihom bħala ksur tal-liġi, u ssejjaħ biex jiġu imposti sanzjonijiet adegwati fuq kwalunkwe persuna li tkun responsabbli għal skariki bħal dawn.

L-azzjoni tal-Kummissjoni llum tikostitwixxi l-aħħar pass qabel ma l-Istati Membri jitressqu quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Id-Direttiva kellha tiġi implimentata għal kollox fil-liġi nazzjonali sa l-1 ta' April 2007.


[1] Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (ĠU L255, 30.09.2005, p. 11).


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website