Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/07/1746

Brussell, 22 ta' Novembru 2007

Is-sigurtà tal-ġugarelli: Il-Kummissjoni tippreżenta Reviżjoni tas-Sigurtà tal-Prodotti tal-Konsumaturi u tilqa' "l-progress konsiderevoli" miċ-Ċina

Il-Kummissarju Meglena Kuneva llum elenkat sensiela ta’ inizjattivi fejn mistennija li tittieħed azzjoni biex jissaħħu l-infurzar u l-implimentazzjoni ta' kontrolli tas-sigurtà ta' prodotti li bħalissa jinsabu fis-seħħ fl-UE. Fost il-miżuri ta' prijorità li se jitmexxew 'il quddiem fix-xhur li ġejjin hemm: verifika fid-dettall ta' miżuri ta' sigurtà min-negozji fil-katina ta' provvista ta' ġugarelli (li tkun lesta fl-ewwel tliet xhur ta' l-2008); sensiela ta' miżuri speċifiċi biex tkun rinforzata s-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju minn awtoritajiet nazzjonali ta' soveljanza tas-suq u d-dwana - fosthom miżura apposta mill-Kummissjoni li tkun titlob twissijiet xierqa dwar il-perikli ta' kalamiti fil-ġugarelli. Iż-żieda fil-kooperazzjoni maċ-Ċina u l-Istati Uniti se tibqa' prijorità. Ir-riżultati ta' l-aktar rapport riċenti dwar RAPEX u ċ-Ċina (Sistema ta' allarm rapidu għal prodotti perikolużi għall-konsumatur) juru li sar progress konsiderevoli mill-Awtoritajiet Ċiniżi f'li jieħdu azzjonijiet korrettivi biex iwaqqfu l-lnfluss ta' prodotti perikolużi fis-suq Ewropew. Ir-rapport juri li 184 każ ġew investigati bis-sħiħ matul il-perjodu ta' tliet xhur bejn Lulju u Settembru 2007, meta mqabbla ma' l-84 każ biss fiż-żewġ rapporti preċedenti flimkien. (Lulju 2007, Diċembru 2006). Azzjonijiet korrettivi ttieħdu fi 43 % tal-każijiet. Sa Diċembru 2007, iċ-Ċina tkun daħħlet sistema domestika ta' allarm fuq il-mudell tas-sistema RAPEX biex ikun ikkoordinat ix-xogħol mar-reġjuni u tiżdied il-kooperazzjoni effettiva.

Il-Kummissarju Kuneva qalet: "F'din id-dinja ma tistax tagħti garanziji 100 %. Imma tista' tassigura li s-sistema tgħodd għall-għan li tkun saret. Inti tista' tassigura li l-ħoloq kollha fil-katina jaqbdu lil min jabbuża. Inti tista' tassigura li l-produtturi, l-importaturi, min ibiegħ u l-gvernijiet u l-UE huma lesti li jidentifikaw b'ħeffa u jittrattaw kull problema ġdida hekk kif tinqala’. Nista' nassigurakom 100 % ta' l-impenn tiegħi li nżomm il-pressjoni biex ikun assigurat l-ogħla livell possibbli ta' sigurtà għaċ-ċittadini tagħna.

Riżultati tar-Reviżjoni tar-Redikont

1. Operaturi ekonomiċi

L-ewwel responsabbiltà legali li fis-suq jitqiegħdu ġugarelli sikuri hija ta' l-industrija. L-industrija ħadet azzjoni effettiva bħala segwitu wara li xi prodotti kienu rtirati mis-suq, imma l-ħruġ kostanti ta' notifiki minn RAPEX juri li għad hemm problemi sinifikanti fl-industrija biex ikun assigurat, partikolarment fin-naħa ta' l-aħħar tas-suq, li l-ġugarelli huma sikuri. L-oqsma ta' prijorità għall-azzjoni jinkludu:

  • Verifika fid-dettall ta' miżuri ta' sigurtà min-negozji fil-katina ta' provvista ta' ġugarelli - b'riżultati fl-ewwel kwart ta' l-2008
  • Edukazzjoni u taħriġ fl-industrija fuq l-istandards ta' l-UE għas-sigurtà tal-ġugarelli għal sieħba Ċiniżi u swieq oħra, kif ukoll xogħol biex jitjiebu r-rati ta' suċċess meta jkunu rtirati l-prodotti
  • Sensiela ta' miżuri konkreti li dwarhom se jsir qbil fl-2008 li jinvolvu manifatturi, bejjiegħa, importaturi – patt ta' sigurtà – biex tinbena mill-ġdid il-fiduċja tal-konsumatur.

2. Azzjonijiet mill-Istati Membri

L-awtoritajiet ta' sorveljanza ta' l-Istati Membri b'mod ġenerali kienu viġilanti u akkumpanjaw b'mod pożittiv u effettiv l-irtirar 'volontarju' ta' prodotti. L-oqsma ta' prijorità għall-azzjoni jinkludu:

  • Fl-assenza ta' rekwiżiti ta' sigurtà speċifiċi għal kalamiti fil-ġugarelli u fl-istennija għar-reviżjoni ta' l-istandard relevanti, il-Kummissjoni se tuża d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti biex tħejji abbozz ta' miżura apposta, li tkun titlob twissijiet xierqa dwar il-perikli ta' kalamiti fil-ġugarelli
  • F'Jannar 2008, il-Kummissjoni se tuża t-"Tabella ta' Valutazzjoni għal swieq aħjar tal-konsumatur" biex tippubblika data komparabbli fuq il-kapaċità nazzjonali fis-sorveljanza bħala l-bażi għal aktar diskussjoni. Fl-2008, il-Kummissjoni se tippubblika wkoll ir-riżultati ta' studju ta' tliet snin (EMARS) li janalizza l-aħjar prassi fis-sorveljanza tas-suq fi 15-il Stat Membru.
  • - Se tingħata prijorità biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u dawk tas-sorveljanza tas-suq, partikolarment biex tissaħħaħ l-interoperabilità ta' sistemi ta' informazzjoni dwar ir-riskju fid-dwana (RIF) u f'sistemi ta' allarm rapidu għall-konsumaturi u l-ikel (RAPEX u RAFF)
  • It-traċċabilità fil-katina ta' provvista tal-prodott hija ta' importanza kritika biex tħalli miżuri effettivi jittieħdu fil-każ ta' prodotti mhux sikuri. Il-Kummissjoni se taħdem ma' l-Istati Membri u mas-sieħba internazzjonali biex ikunu żviluppati soluzzjonijiet prattiċi f'dan il-qasam bħala materja ta' prijorità, fosthom il-il-possibbiltà ta' rekwiżit legali aktar formali għat-traċċabilità fis-settur ta' oġġetti tal-konsumatur.

3.Kooperazzjoni Internazzjonali – Iċ-Ċina u l-Istati Uniti

L-analiżi tar-rapport RAPEX u ċ-Ċina wera li l-amministrazzjoni Ċiniża għamlet sforz sinifikattiv rigward azzjonijiet ta' inforzar minn RAPEX.

  • Il-Kummissjoni se żżid l-appoġġ tekniku u t-taħriġ, partikolarment rigward is-sistema domestika Ċiniża l-ġdida ta' allarm. It-traċċabilità se tibqa' kwistjoni ta' prijorità.
  • Il-Proġett ta' Kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina se jagħmel studju dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll tas-sigurtà tal-prodotti li huma fis-seħħ fiċ-Ċina, biex ikunu identifikati oqsma għal aktar kooperazzjoni.
  • L-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea għandhom interess bejniethom f'li jikkooperaw, jiffaċċjaw sfidi komuni dwar is-sigurtà tal-prodotti u l-kontrolli fl-importazzjoni. Il-kooperazzjoni li żdiedet f'dawn l-aħħar xhur se tkompli f'livell tekniku u dak politiku, partikolarment permezz tat-twaqqif ta' grupp ta' ħidma bi sħab fuq is-sigurtà tal-prodotti/l-importazzjoni taħt il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku.

4.Il-Qafas Regolatorju

  • Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Ġugarelli – proposti għall-ewwel kwart ta' l-2008
  • Adozzjoni tal-Pakkett dwar l-Approċċ il-Ġdid biex titjieb is-sorveljanza tas-suq u s-sorveljanza tad-dwana.

http://ec.europa.eu/consumers/overview/cons_policy/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website