IP/07/1694
Brussell, l-14 ta’ Novembru 2007
“Kemm jekk jinsabu fi Brussell jew Barċellona jew Munich jew Manchester, il-konsumaturi ħaqqhom prezzijiet ċari u ġusti u ebda sorpriża moħbija fil-kitba ċkejkna tat-termini tal-kuntratt,” qalet il-Kummissarju ta’ l-UE għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Meglena Kuneva. “Skoprejna li madwar 50 % tal-websajts tal-linji ta’ l-ajru li jbiegħu il-biljetti bħalissa qed jiddiżappuntaw lill-konsumaturi ta’ l-UE. Iċ-ċifri ppubblikati llum juru li hemm problema kbira fl-industrija. Din hija kwistjoni Ewropea li teħtieġ azzjoni ma' l-Ewropa kollha. Is-Sinjura Kuneva żiedet: “Illum qed inwissi bl-iktar mod qawwi possibbli lill-kumpaniji biex jieħdu azzjoni minnufih biex jirranġaw l-affarijiet tagħhom. Ladarba tgħaddi l-iskadenza ta’ Jannar, miniex se naħsibha darbtejn qabel immur pass ieħor u nesponi għall-pubbliku dawk il-kumpaniji li jkunu għadhom qed jiksru l-liġi.”
L-investigazzjoni għall-għarrieda
Din l-investigazzjoni għall-għarrieda ta' l-UE hija tip ġdid ta’ azzjoni ta’ infurzar ta’ l-UE – kontroll sistematiku li jsir simultanjament u f’mod ikkoordinat fi Stati Membri differenti biex jinvestigaw il-ksur tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Din l-investigazzjoni fil-bejgħ tal-biljetti ta’ l-ajru tnediet u ġiet ikkoordinata mill-Kummissjoni Ewropea skond ir-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Ħarsien tal-Konsumatur li daħal fis-seħħ fi tmiem l-2006.
Kif taħdem?
Matul l-istess ġimgħa lejn l-aħħar ta’ Settembru, l-awtoritajiet nazzjonali li ħadu sehem użaw metodoloġija komuni u termini pre-definiti ta’ tiftix, bħal “biljett ta’ l-ajru, titjira bi prezz baxx, ivvjaġġar, ibbukkjar fl-aħħar minuta, mili ta’ l-ajru, titjiriet bi prezz baxx” biex jidentifikaw u jinvestigaw il-websajts li jbiegħu l-biljetti ta’ l-ajru li kienu qed jimmiraw il-konsumaturi fil-pajjiżi tagħhom. Mijiet ta’ siti ġew studjati mill-uffiċjali nazzjonali biex jidentifikaw dawk li dehru li kienu qed jiksru l-liġi ta’ l-UE (id-Direttiva dwar ir-Reklami Qarrieqa 84/450/KE u d-Direttiva tal-Kunsill dwar Termini Inġusti fil-Kuntratti tal-Konsumaturi 93/13/KEE).
L-investigazzjoni għall-għarrieda iffokat fuq tliet prassi ewlenin:
|
Ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni għall-għarrieda
ta’ l-2007
|
||||
|
Pajjiż
|
Għadd ta’ websajts investigati
|
Għadd ta’ websajts b’irregolaritajiet
|
L-għadd ta’ websajts li se jkomplu jiġu investigati
mis-CPC*
|
L-għadd ta’ websajts li se jkomplu jiġu investigati
fil-livell nazzjonali
|
|
L-Iżvezja
|
32
|
16
|
1
|
15
|
|
Il-Bulgarija
|
54
|
18
|
0
|
18
|
|
Id-Danimarka
|
62
|
25
|
21
|
4
|
|
Il-Greċja
|
13
|
0
|
0
|
0
|
|
Il-Finlandja
|
30
|
20
|
9
|
11
|
|
Ċipru
|
8
|
0
|
0
|
0
|
|
Il-Litwanja
|
40
|
23
|
0
|
23
|
|
Il-Belġju
|
48
|
46
|
9
|
37
|
|
Il-Portugall
|
16
|
11
|
0
|
11
|
|
Spanja
|
11
|
7
|
3
|
4
|
|
L-Italja
|
11
|
9
|
1
|
8
|
|
L-Awstrija
|
20
|
0
|
0
|
0
|
|
In-Norveġja
|
31
|
22
|
10
|
12
|
|
Franza
|
31
|
13
|
5
|
8
|
|
L-Estonja
|
26
|
14
|
4
|
10
|
|
Malta
|
14
|
2
|
0
|
2
|
|
Total
|
447
|
226
|
63
|
163
|
*CPC = Consumer Protection Cooperation Network (Netwerk għall-Kooperazzjoni fil-Ħarsien tal-Konsumaturi) - netwerk ta’ awtoritajiet nazzjonali minn 27 Stat Membru (u n-Norveġja u l-Iżlanda) imwaqqaf skond ir-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Ħarsien tal-Konsumaturi (KE2006/2004) biex jittratta kwistjonijiet trans-konfinali.
X’se jiġri issa?
Wara l-investigazzjoni għall-għarrieda, il-kumpaniji se jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet u se jintalbu jipprovdu kjarifiki jew jibdlu l-prassi tagħhom. Dawk li ma jikkooperawx jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' azzjoni legali li twassal għal multi jew l-għeluq ta’ dawk il-websajts. Fil-prattika, l-awtoritajiet nazzjonali se jinvestigaw u jieħdu azzjonijiet ta’ infurzar għal każijiet nazzjonali. Għal każijiet li jinvolvu iktar minn pajjiż wieħed, se jitolbu għajnuna minn kollegi f’awtoritajiet oħra ta' l-UE permezz tas-CPC (pereżempju, fejn il-kummerċjant jopera minn pajjiż ieħor).