Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Konsumaturi: Il-Kummissjoni taġixxi biex issaħħaħ il-kunfidenza fid-dinja diġitali

Commission Européenne - IP/07/158   08/02/2007

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/07/158

Brussell, it-8 ta’ Frar 2007

Konsumaturi: Il-Kummissjoni taġixxi biex issaħħaħ il-kunfidenza fid-dinja diġitali

L-objettiv ewlieni biex fondamentalment jinbidlu r-regoli tal-konsumatur ta’ l-UE - inklużi l-garanziji, r-rimborsi, il-perijodi fejn wieħed jista’ jitlob rimbors - biex jiġu adattati għall-isfidi ta’ kambjament mgħaġġel fid-dinja diġitali ingħata bidu llum bl-adozzjoni tal-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea li tirrevedi r-regoli eżistenti. Il-konsumatur li jonfoq (fid-djar u f’istituzzjonijiet li ma jagħmlux qligħ) jammonta għal 58% tal-PGD ta’ l-UE. Il-kunfidenza tal-konsumatur hija fattur ewlieni li jagħti ħjiel dwar kif u meta l-konsumaturi jonfqu flushom fis-setturi differenti ta’ l-ekonomija. Kull evidenza hija li l-konsumaturi għadhom mhux “komdi” biżżejjed fid-dinja diġitali u online biex jiksbu l-potenzjal kollu tagħha. Frazzjoni żgħira biss – 6% tal-konsumaturi ta’ l-UE – bħalissa jakkwistaw affarijiet online lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiżhom. Bl-għajnuna tal-feedback mill-Green Paper, il-Kummissjoni timmira li ssaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumatur fis-Suq Ewlieni ta’ l-UE, permezz ta’ set singolu u sempliċi ta’ regoli li jagtu s-setgħa lil-konsumaturi li jkunu jafu d-drittijiet tagħhom, li jagħmlu għażliet tajbin u jaċċertaw protezzjoni xierqa meta l-affarijiet imorru ħażin. Regoli ċari għandhom ukoll jagħtu inċentiv lill-operaturi, partikolarment l-SMEs biex javventuraw lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiżhom u jelimiaw il-limitazzjonijiet fl-ambitu tal-bejgħ lill-konsumatur. Il-Green Paper tistieden kummenti u tinkludi 28 suġġeriment konkret (li jaqsmu t-8 Direttivi) għal azzjoni ġdida possibbli.

“Hemm ħtieġa urġenti għal azzjoni, id-dinja miexja daqstant b’mod mgħaġġel u l-Ewropa tirriskja li tibqa’ lura”, qalet Meglena Kuneva, il-Kummissarju l-ġdid ta’ l-UE għall-Affarijiet tal-Konsumatur, fl-ewwel konferenza stampa tagħha ġewwa Brussell. “Għandna bżonn reviżjoni minn fuq s’isfel tar-regoli tal-konsumatur. Bħalissa, l-konsumaturi mhux qed jieħdu akkwist tajjeb online, u regoli kumplessi qed ifixklu l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ ideat kummerċjali tajbin. Għandna nsibu soluzzjonijiet ġodda għal dawn l-isfidi ġodda. Il-kwestjoni hija jekk nifilħux li jkolna 27 mini markets online fl-Ewropa, li jinnegaw l-għażla lill-konsumatur, l-opportunitajiet u l-prezzijiet kompetittivi. Għandna bżonn ninjettaw sens ġdid ta’ kunfidenza tal-konsumatur fid-dija ta’ l-e-shopping biex dan isir mezz ta’ suq affidabbli. Ir-regoli tal-logħba nbidlu, sar il-ħin biex tirrispondi l-politika tal-konsumatur.”

Is-sitwazzjoni preżenti

L-evidenza reċenti turi mijiet ta’ ilmenti dwar l-ispejjeż online għax-shopping li jsir lil himm mill-fruntieri tal-pajjiż li jkunu ġejjin kull sena lejn Ċentri Ewropej ta’ Konumatur (ECC) – bi problemi partikolari ta’ nuqqas ta’ konsenja, konsenja li tittardja, perijodi fejn wieħed jista’ jitlob rimbors, ir-ritorn ta’ merkanzija u r-rimborsi li huma minn ta’ l-ewwel fil-lista.

Oqsma fejn trid tittieħed azzjoni

Ir-regoli eżistenti qdew il-konsumatur sew iżda dawn evolvew fuq 15-20 sena. Hemm effettivament ħafna regoli nazzjonali magħqudin flimkien, bl-istandards bażi ta’ l-UE li huma kkompletati bil-livelli differenti fil-pajjiżi differenti. Hemm ukoll sett komplut ta’ sfidi fid-dinja diġitali li mhumiex affrontati effettivament u mhumiex qed jieħdu dak li ħaqqhom u l-impriżi qed jiffaċċaw konfużjoni ta’ regoli kumplessi.

Il-Green Paper tikkonsulta l-azzjoni possibbli fuq 28 kwestjoni li jinkludu:

  • It-tisħiħ tal-kunċett ta’ konsenja għall-akwisti li jsiri lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiż (l-ikbar ta’ kamp ta’ ilmenti tal-konsumatur online) it-tisħiħ tal-protezzjoni li tingħata lill-konsumaturi u ċ-ċarezza li qed tissaħħaħ dwar id-drittijiet tagħhom fl-ambitu ta’ konsenji li jittardjaw, in-nuqqas ta’ konsenja u l-konsenja parzjali.
  • Iċ-ċarar u s-simplifikazzjoni tar-regoli dwar kif għandhom jintbagħtu lura l-prodotti - l-istandards korrenti wiesa ta’ l-UE huma differenti sew milli jiġu nnotifikati l-bejjiegħa permezz ta’ l-email għall-obbligu li tintuża l-posta reġistrata.
  • Kif ukoll l-isettjar ta’ regoli komuni dwar id-drittijiet ta’ ritorn tal-merkanzija – l-arranġamenti korrenti ivarjaw minn dwak ta’ mingħajr spejjeż għal dawk fejn il–konsumatur ikollu jidħol fl-ispejjeżż kollha biex jirritorna l-merkanzija.
  • Is-simplifikazzjoni tar-regoli komuni fir-rimedji disponibbli għall-konsumaturi. Bħalissa t-tnaqqis tal-prezz jew l-għeluq tal-kuntratt jistgħu jiġu evokati jekk tiswija jew tibdil huma impossibbli jew disproporzjonati. Huwa diffiċli għall-konsumaturi, partikolarment mill-bogħod, biex jassessjaw jekk il-bejjiegħa jsostnu li rimedju partikolari għandu jkun sproporzjonat jew le. Il-Green Paper hija meqjusa bħala sistema fejn il-konsumaturi jistgħu jagħżlu fil-libertà lir-rimedji.
  • Iċċarar, bl-istandards komuni ta’ l-UE, ir-regoli li jkopru “perijodu fejn wieħed jista’ jbiddel l-oġġett " – id-drittijiet li jintbagħtu lura f’ perijodu taż-żmien jekk tbiddel l-idea i tiddeċiedi li ma tridu iktar.
  • U jkun hemm sfidi ġodda li għandhom jiġu indirizzati, jekk il-garanziji kurrenti li jkopru l-prodotti jiġu estiżi għal ċertu servizzi – il-Konsumatur li jixtri CD minn ħanut għandu garanzija jekk din ma taħdimx u konsumatur li jjiddawnlowdja ll-mużika mill-internet m’għandu dik il-protezzjoni. Ir-regoli għandhom jiġu ċċarati biex tintemm l-inċertezza madwar l-eċċezzjoni ta’ “oġġetti second hand li jinbiegħu fl-irkantijiet” mid-Direttiva korrenti tal-Bejgħ.

X’jifdal?

Il-konsultazzjoni “tar-Reviżjoni tal-Green Paper ta’ l-Acquis tal-Konsumatur “ għandha ddum 3 xhur. Matul dan iż-żmien il-Kummissarju tal-Konsumaturi għandhom iwittu t-triq għal din il-konsultazzjoni.” Għandha tiltaqa’ ma’ grupp ta’ imprendituri minn ħafna setturi – mill-gruppi ta konsumaturi nisa, sal-konsumaturi anzjani, organizzazzjonijiet ta’ konsumaturi, SMEs, Membri tal-Parlament Ewropew, Gvernijiet mill-Istati Membri u bejjiegħa ewlenin. Il-proposti għall-inċentivi speċifiċi – regolatorji jew mod ieħor – għar-rimedjar tal-problemi eżistenti u nuqqasijiet li b’hekk għandhom jiġu ndirizzati.

Ara MEMO/07/48 għad-dettalji tad-drittijiet bażi ta’ l-UE għall-konsumatur u l-ilment l-iktar komuni.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site