IP/07/158
Brussell, it-8 ta’ Frar 2007
Konsumaturi: Il-Kummissjoni taġixxi
biex issaħħaħ il-kunfidenza fid-dinja
diġitali
L-objettiv ewlieni biex fondamentalment jinbidlu
r-regoli tal-konsumatur ta’ l-UE - inklużi l-garanziji, r-rimborsi,
il-perijodi fejn wieħed jista’ jitlob rimbors - biex jiġu
adattati għall-isfidi ta’ kambjament mgħaġġel
fid-dinja diġitali ingħata bidu llum bl-adozzjoni tal-Green Paper
tal-Kummissjoni Ewropea li tirrevedi r-regoli eżistenti. Il-konsumatur li
jonfoq (fid-djar u f’istituzzjonijiet li ma jagħmlux
qligħ) jammonta għal 58% tal-PGD ta’ l-UE. Il-kunfidenza
tal-konsumatur hija fattur ewlieni li jagħti ħjiel dwar kif u meta
l-konsumaturi jonfqu flushom fis-setturi differenti ta’ l-ekonomija. Kull
evidenza hija li l-konsumaturi għadhom mhux “komdi”
biżżejjed fid-dinja diġitali u online biex jiksbu l-potenzjal
kollu tagħha. Frazzjoni żgħira biss – 6% tal-konsumaturi
ta’ l-UE – bħalissa jakkwistaw affarijiet online lil hinn
mill-fruntieri ta’ pajjiżhom. Bl-għajnuna tal-feedback
mill-Green Paper, il-Kummissjoni timmira li ssaħħaħ il-kunfidenza
tal-konsumatur fis-Suq Ewlieni ta’ l-UE, permezz ta’ set singolu u
sempliċi ta’ regoli li jagtu s-setgħa lil-konsumaturi li jkunu
jafu d-drittijiet tagħhom, li jagħmlu għażliet tajbin u
jaċċertaw protezzjoni xierqa meta l-affarijiet imorru ħażin.
Regoli ċari għandhom ukoll jagħtu inċentiv lill-operaturi,
partikolarment l-SMEs biex javventuraw lil hinn mill-fruntieri ta’
pajjiżhom u jelimiaw il-limitazzjonijiet fl-ambitu tal-bejgħ
lill-konsumatur. Il-Green Paper tistieden kummenti u tinkludi 28
suġġeriment konkret (li jaqsmu t-8 Direttivi) għal azzjoni
ġdida possibbli.
“Hemm ħtieġa urġenti għal azzjoni, id-dinja miexja
daqstant b’mod mgħaġġel u l-Ewropa tirriskja li
tibqa’ lura”, qalet Meglena Kuneva, il-Kummissarju l-ġdid
ta’ l-UE għall-Affarijiet tal-Konsumatur, fl-ewwel konferenza stampa
tagħha ġewwa Brussell. “Għandna bżonn reviżjoni
minn fuq s’isfel tar-regoli tal-konsumatur. Bħalissa, l-konsumaturi
mhux qed jieħdu akkwist tajjeb online, u regoli kumplessi qed ifixklu
l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ ideat kummerċjali tajbin.
Għandna nsibu soluzzjonijiet ġodda għal dawn l-isfidi ġodda.
Il-kwestjoni hija jekk nifilħux li jkolna 27 mini markets online fl-Ewropa,
li jinnegaw l-għażla lill-konsumatur, l-opportunitajiet u l-prezzijiet
kompetittivi. Għandna bżonn ninjettaw sens ġdid ta’
kunfidenza tal-konsumatur fid-dija ta’ l-e-shopping biex dan isir mezz
ta’ suq affidabbli. Ir-regoli tal-logħba nbidlu, sar il-ħin
biex tirrispondi l-politika tal-konsumatur.”
Is-sitwazzjoni preżenti
L-evidenza reċenti turi mijiet ta’ ilmenti dwar l-ispejjeż
online għax-shopping li jsir lil himm mill-fruntieri tal-pajjiż li
jkunu ġejjin kull sena lejn Ċentri Ewropej ta’ Konumatur (ECC)
– bi problemi partikolari ta’ nuqqas ta’ konsenja, konsenja li
tittardja, perijodi fejn wieħed jista’ jitlob rimbors, ir-ritorn
ta’ merkanzija u r-rimborsi li huma minn ta’ l-ewwel fil-lista.
Oqsma fejn trid tittieħed azzjoni
Ir-regoli eżistenti qdew il-konsumatur sew iżda dawn evolvew fuq
15-20 sena. Hemm effettivament ħafna regoli nazzjonali magħqudin
flimkien, bl-istandards bażi ta’ l-UE li huma kkompletati bil-livelli
differenti fil-pajjiżi differenti. Hemm ukoll sett komplut ta’ sfidi
fid-dinja diġitali li mhumiex affrontati effettivament u mhumiex qed
jieħdu dak li ħaqqhom u l-impriżi qed jiffaċċaw
konfużjoni ta’ regoli kumplessi.
Il-Green Paper tikkonsulta l-azzjoni possibbli fuq 28 kwestjoni li
jinkludu:
- It-tisħiħ tal-kunċett ta’ konsenja għall-akwisti
li jsiri lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiż (l-ikbar ta’ kamp
ta’ ilmenti tal-konsumatur online) it-tisħiħ tal-protezzjoni li
tingħata lill-konsumaturi u ċ-ċarezza li qed
tissaħħaħ dwar id-drittijiet tagħhom fl-ambitu ta’
konsenji li jittardjaw, in-nuqqas ta’ konsenja u l-konsenja parzjali.
- Iċ-ċarar u s-simplifikazzjoni tar-regoli dwar kif għandhom
jintbagħtu lura l-prodotti - l-istandards korrenti wiesa ta’ l-UE
huma differenti sew milli jiġu nnotifikati l-bejjiegħa permezz
ta’ l-email għall-obbligu li tintuża l-posta reġistrata.
- Kif ukoll l-isettjar ta’ regoli komuni dwar id-drittijiet ta’
ritorn tal-merkanzija – l-arranġamenti korrenti ivarjaw minn dwak
ta’ mingħajr spejjeż għal dawk fejn il–konsumatur
ikollu jidħol fl-ispejjeżż kollha biex jirritorna
l-merkanzija.
- Is-simplifikazzjoni tar-regoli komuni fir-rimedji disponibbli
għall-konsumaturi. Bħalissa t-tnaqqis tal-prezz jew l-għeluq
tal-kuntratt jistgħu jiġu evokati jekk tiswija jew tibdil huma
impossibbli jew disproporzjonati. Huwa diffiċli għall-konsumaturi,
partikolarment mill-bogħod, biex jassessjaw jekk il-bejjiegħa jsostnu
li rimedju partikolari għandu jkun sproporzjonat jew le. Il-Green Paper
hija meqjusa bħala sistema fejn il-konsumaturi jistgħu
jagħżlu fil-libertà lir-rimedji.
- Iċċarar, bl-istandards komuni ta’ l-UE, ir-regoli li jkopru
“perijodu fejn wieħed jista’ jbiddel l-oġġett "
– id-drittijiet li jintbagħtu lura f’ perijodu
taż-żmien jekk tbiddel l-idea i tiddeċiedi li ma tridu iktar.
- U jkun hemm sfidi ġodda li għandhom jiġu indirizzati, jekk
il-garanziji kurrenti li jkopru l-prodotti jiġu estiżi għal
ċertu servizzi – il-Konsumatur li jixtri CD minn ħanut
għandu garanzija jekk din ma taħdimx u konsumatur li jjiddawnlowdja
ll-mużika mill-internet m’għandu dik il-protezzjoni. Ir-regoli
għandhom jiġu ċċarati biex tintemm l-inċertezza madwar
l-eċċezzjoni ta’ “oġġetti second hand li
jinbiegħu fl-irkantijiet” mid-Direttiva korrenti tal-Bejgħ.
X’jifdal?
Il-konsultazzjoni “tar-Reviżjoni tal-Green Paper ta’
l-Acquis tal-Konsumatur “ għandha ddum 3 xhur. Matul dan
iż-żmien il-Kummissarju tal-Konsumaturi għandhom iwittu t-triq
għal din il-konsultazzjoni.” Għandha tiltaqa’ ma’
grupp ta’ imprendituri minn ħafna setturi – mill-gruppi ta
konsumaturi nisa, sal-konsumaturi anzjani, organizzazzjonijiet ta’
konsumaturi, SMEs, Membri tal-Parlament Ewropew, Gvernijiet mill-Istati Membri u
bejjiegħa ewlenin. Il-proposti għall-inċentivi
speċifiċi – regolatorji jew mod ieħor –
għar-rimedjar tal-problemi eżistenti u nuqqasijiet li b’hekk
għandhom jiġu ndirizzati.
Ara MEMO/07/48
għad-dettalji tad-drittijiet bażi ta’ l-UE
għall-konsumatur u l-ilment l-iktar komuni.