Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-tabella ta' valutazzjoni għas-Suq Intern: l-aqwa riżultat s'issa

European Commission - IP/07/126   01/02/2007

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/07/126

Brussell, l-1 ta' Frar 2007

It-tabella ta' valutazzjoni għas-Suq Intern: l-aqwa riżultat s'issa

L-Istati Membri qatt ma kisbu riżultat hekk tajjeb fl-implimentazzjoni tar-regoli miftiehma tas-Suq Intern fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, skond l-aħħar tabella ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Suq Intern. Bħala medja 1.2% biss tad-Direttivi tas-Suq Intern li għalihom skadiet id-data ta' implimentazzjoni bħalissa mhumiex imniżżla fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li naqset minn 1.9% f'Lulju 2006 (IP/06/1008). Dan ifisser li għall-ewwel darba d-defiċit medju jinsab 'l isfel mill-mira intermedja ta' 1.5% miftiehma mill-Kapijiet ta' l-Istat fl-2001. L-Istati Membri kollha għamlu progress, b'21 Stat Membru minnhom jew 'l isfel mill-mira ta' 1.5% jew qrib ħafna tagħha. Dan l-aktar minħabba l-isforzi kontinwi ta' l-Istati Membri biex jimplimentaw u jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki, kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2004. Madankollu, wisq ta' sikwiet, l-Istati Membri jonqsu milli jittrasponu r-regoli tas-Suq Intern b'mod korrett: tmien Stati Membri biss irnexxielhom inaqqsu l-għadd ta' proċedimenti ta' ksur kontrihom. It-test sħiħ tat-tabella ta' valutazzjoni għas-Suq Intern huwa disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit: http://ec.europa.eu/internal_market/score/index_en.htm

Il-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi, Charlie McCreevy, qal: "Nifraħ lill-Istati Membri kollha għal dan ir-riżultat eċċellenti. Din hija aħbar mill-aqwa għall-konsumaturi u l-impriżi Ewropej, u turi li l-Istati Membri tassew jistgħu jirrispettaw l-iskadenzi jekk hemm ir-rieda. Inħeġġiġhom issa biex jagħtu spinta għall-mira reali – dik ta' difiċit ta' żero – u jiżguraw li japplikaw b'mod korrett u ġust dawk ir-regoli li ffirmaw."

Implimentazzjoni tad-Direttivi tas-Suq Intern

  • Defiċit medju għat-traspożizzjoni ta' 1.2% - il-perċentwal tad-Direttivi tas-Suq Intern li ma ġewx implimentati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-ħin - għall-25 Stat Membru huwa 'l isfel sew mill-mira intermedja ta' 1.5% u l-inqas wieħed li qatt kien.
  • L-Istati Membri kollha, mingħajr eċċezzjoni, naqsu l-għadd ta' liġijiet li għadhom ma ġewx trasposti.
  • 19-il Stat Membru jinsabu 'l isfel mill-mira ta' 1.5% jew laħquha, filwaqt li żewġ Stati Membri (il-Belġju u r-Repubblika Ċeka) fadlilhom direttiva waħda biss biex jilħqu din il-mira;
  • Erba' Stati Membri biss jinsabu sew 'il fuq mill-mira ta' 1.5% - il-Portugall, il-Greċja, b'defiċit darbtejn akbar minn dak medju ta' l-UE u l-Lussemburgu u l-Italja, b'rendiment li għadu batut iżda li matul dawn l-aħħar sitt xhur irreġistraw progress tajjeb.
  • Id-Danimarka u l-Litwanja jinsabu flimkien fl-ewwel post: dawn fadallhom ħames direttivi biex jilħqu defiċit ta' 0%.
  • Minkejja li l-Istati Membri kollha mxew 'il quddiem, dawk li l-aktar għamlu progress huma l-Italja, il-Lussemburgu u r-Repubblika Ċeka.
  • Rigward id-direttivi li ser jiġu trasposti fis-sitt xhur li ġejjin, dawk li l-aktar jinsabu preparati huma l-Lussemburgu, il-Belġju u Ċipru: dawn diġà ttrasponew għadd kbir ta' dawk id-Direttivi. Madankollu, minkejja d-defiċit fit-traspożizzjoni tagħhom għadu mdaqqas sew, il-Portugall u l-Italja għad iridu jieħdu azzjoni sinifikanti rigward dawn id-Direttivi.
  • Dawn ir-riżultati eċċellenti nkisbu l-aktar minħabba l-isforzi kontinwi ta' l-Istati Membri biex jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni ta' l-2004 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi tas-Suq Intern, li serviet bħala 'għodda' li ssarfet fl-aħjar prattiki fl-Istati Membri u rrakkomandat lill-Istati Membri biex jimplimentaw arranġamenti simili.

Ksur

  • It-traspożizzjoni u applikazzjoni mhux korretti tar-regoli tas-Suq Intern għadhom problema. L-Italja għandha numru ta' proċedimenti ta' ksur għal traspożizzjoni inkorretta jew applikazzjoni mhux korretta tar-regoli tas-Suq Intern aktar minn tliet darbiet akbar mill-'medja'. Spanja, Franza, il-Greċja, il-Ġermanja, il-Portugall u l-Belġju wkoll jaqbżu l-medja.
  • Fost l-UE-10, iż-żieda sostanzjali f'din l-aħħar sena ta' proċedimenti ta' ksur kontra l-Polonja hija żvilupp allarmanti. Il-Polonja issa għandha 'l fuq minn darbtejn in-numru medju ta' ksur minn fost l-Istati Membri l-ġodda.
  • Jekk jitqassmu skond is-settur, il-każijiet ta' ksur fil-qasam ta' l-ambjent, it-trasport u l-enerġija u t-tassazzjoni u l-unjoni doganali, jirrappreżentaw kważi nofs il-każijiet ta' ksur.
  • Fost l-Istati Membri ta' l-UE-15, l-iktar li jaħdmu biex isolvu malajr il-proċedimenti ta' ksur huma l-Lussemburgu u d-Danimarka. Il-Greċja u l-Portugall ukoll isolvu malajr il-proċedimenti ta' ksur, iżda t-tnejn li huma għandhom għadd ferm ikbar ta' każijiet ta' ksur mil-Lussemburgu u d-Danimarka.

Benefiċċji mis-Suq Intern u l-importanza ta' l-implimentazzjoni

Is-Suq Intern għandu rwol ewlieni fil-kisba ta' l-għanijiet ta' l-UE għall-ħolqien ta' iktar tkabbir ekonomiku u impjiegi. Ħoloq miljuni ta' impjiegi u biljuni ta' euro fi prosperità. Jagħti liċ-ċittadini ta' l-UE għażla akbar ta' prodotti u servizzi ta' kwalità u iktar libertà ta' safar, xogħol, studju u għajxien f'pajjiżi oħra ta' l-UE filwaqt li jieħu ħsieb l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi u joffri opportunitajiet ikbar ta’ kummerċ lill-impriżi. Iżda s-Suq Intern jista' jikseb il-potenzjal totali tiegħu biss jekk il-leġiżlazzjoni li ntlaħaq ftehim dwarha fuq livell Ewropew tiġi implimentata b'mod effikaċi u applikata mill-Istati Membri kollha.

Annex

Internal Market Scoreboard 15 bis:

Transposition and application of Internal Market rules (details)

Transposition

EU-25 Member State transposition deficit, as at 11/11/2006 – 1634 directives

Ranking
1
1
3
4
5
6
7
8
9
10
11
11
11
14
14
16
17
18
19
20
20
22
23
24
25

Member State
DK
LT
LV
SK
FI
UK
CY
PL
HU
MT
DE
NL
SI
EE
AT
IE
SE
FR
ES
BE
CZ
IT
LU
EL
PT
EU
Transposition deficit (%)
0.3
0.3
0.5
0.6
0.7
0.7
0.8
0.9
0.9
1.0
1.0
1.0
1.0
1.1
1.1
1.2
1.3
1.3
1.4
1.6
1.6
2.2
2.6
2.8
3.0
1.2
Number of directives
5
5
8
10
11
12
13
14
15
16
17
17
17
18
18
20
21
22
23
26
26
36
42
45
49

Missing notifications to reach the 1.5% objective



















1
1
11
17
20
24

EU-25 Member State performance in meeting 0% target for Directives whose transposition is over 2 years late, as at 11/11/2006

Member State
DK
DE
EE
CY
LV
LT
SI
FI
IT
HU
NL
PL
BE
IE
MT
AT
PT
SK
SE
UK
EL
ES
FR
CZ
LU
Number of directives
0
0
0
0
0
0
0
0
1
1
1
1
2
2
2
2
2
2
2
2
3
3
4
6
9

2004 Transposition Recommendation

EU-25 Member State average number of implemented recommendations, as at 11/11/2006

Member State
IE
SK
LT
HU
CZ
DE
EE
LV
PL
BE
CY
AT
UK
FR
MT
LU
PT
DK
SE
NL
SI
EL
ES
IT
FI
Number of recommendations
22
22
21
21
20
20
20
20
20
19
19
19
19
18
18
17
17
15
15
14
14
13
12
12
10

Infringement cases

EU-25 Member State number of open infringement proceedings, as at 1/11/2006

Member State
EE
LT
SI
LV
SK
MT
CZ
HU
CY
DK
FI
LU
SE
PL
IE
NL
AT
UK
BE
PT
DE
EL
FR
ES
IT
Number of open infringement cases
11
12
12
16
20
21
22
22
25
27
36
41
43
48
49
51
57
57
68
72
80
91
95
109
161


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website