IP/07/1118
Brussell, it-18 ta' Lulju 2007
“Ix-xandir ċellulari huwa opportunità tremenda biex l-Ewropa żżomm u tespandi r-rwol ta' tmexxija tagħha fit-teknoloġija ċellulari u s-servizzi awdjoviżivi", qalet Viviane Reding, il-Kummissarju ta' l-UE għas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u tal-Mezzi tax-Xandir. “L-Ewropa llum qiegħda f’salib it-toroq. Nistgħu jew nieħdu r-riedni globalment – kif għamilna għat-telefonija ċellulari bbażata fuq l-istandard tal-GSM żviluppata mill-industrija Ewropea – jew inħallu reġjuni oħra jieħdu l-biċċa l-kbira tas-suq promettenti tat-TV ċellulari. Li 'nistennew u naraw’ mhijiex alternattiva. Wasal iż-żmien biex l-industrija u l-gvernijiet ta’ l-Ewropa jixegħlu t-TV ċellulari.”
S’issa, l-introduzzjoni u l-aċċettazzjoni tat-TV ċellulari fl-UE mxew bil-mod, filwaqt li l-kompetituri Ewropej għamlu progress sinifikanti. Jekk l-Ewropa ma tiħux azzjoni konkreta immedjatament, tista’ titlef il-vantaġġ kompetittiv tagħha. Pereżempju, ir-rata ta' penetrazzjoni tat-TV ċellulari tal-Korea t'Isfel, is-suq Ażjatiku tat-TV ċellulari l-iktar żviluppat, hija qrib l-10%. Iżda l-penetrazzjoni fl-Italja, is-suq Ewropew l-iktar avvanzat, għadha inqas minn 1%.
Il-Kummissjoni hija impenjata sew għas-suċċess tat-TV ċellulari (ara IP/07/340) li jista’ jikkostitwixxi suq sa €20 biljun sa’ l-2011, li jilħaq xi 500 miljun klijent madwar id-dinja. Il-Kummissjoni tara il-Kommunikazzjoni Dwar it-Tisħiħ tas-Suq Intern għat-TV Ċellulari tal-lum bħala kruċjali biex toħloq impjiegi u opportunitajiet ta’ negozju għal dawk li joħolqu l-kontenut, dawk li jipprovdu s-servizzi u l-manifatturi tal-hardware, u biex tagħti servizzi ġodda ta’ iktar valur liċ-ċittadini.
Il-Kummissjoni identifikat tliet fatturi ewlenin ta' suċċess għall-aċċettazzjoni tat-TV ċellulari:
Il-Kummissjoni tqis is-sena 2008 bħala waħda kruċjali għall-aċċettazzjoni tat-TV ċellulari fl-UE minħabba avvenimenti sportivi importanti, bħall-Kampjonat tal-Futbol Ewropew u l-Logħob Olimpiku tas-Sajf, li sejrin jipprovdu opportunità unika biex itejbu l-għarfien tal-konsumaturi u għall-adozzjoni ta’ servizzi ġodda.
L-isfond:
F’Marzu 2006, il-Kummissjoni ħeġġet it-twaqqif ta’
Kunsill Ewropew ta’ Xandir Ċellulari (EBMC) li jippromwovi t-TV
ċellulari fl-Ewropa. Laqqa' flimkien atturi mit-telekomunikazzjonijiet,
il-manifatturi u l-industriji tas-software, ix-xandir u l-kontenut.
Madankollu, l-EMBC ma rnexxilhiex taqbel fuq soluzzjonijiet immexxija
mill-industrija. Kien għalhekk li l-Kummissjoni issa ddeċidiet li
tintervjeni u tappoġġa attivament l-aċċettazzjoni tat-TV
ċellulari fl-Ewropa.
Għal aktar informazzjoni:
http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemlongdetail.cfm?item_id=3535
Ara wkoll MEMO/07/298