Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/06/818

Brussell, it-22 ta' Ġunju 2006

Inżommu l-Ewropa miexja: politika tat-trasport għal mobilità sostenibbli

Il-Kummissjoni Ewropea adottat illum l-orjentazzjoni għall-politika ta’ l-UE tal-ġejjieni dwar it-trasport. Il-mobilità hija essenzjali għall-ġid fl-Ewropa u għall-moviment ħieles taċ-ċittadini. Għandu jitnaqqas l-impatt negattiv tal-mobilità f’termini ta’ l-użu ta’ l-enerġija u tal-kwalità ambjentali. Flimkien ma’ l-azzjonijiet previsti fil-White Paper ta’ l-2001, bħat-titjib tal-konnnessjonijiet ferrovjarji u marittimi għat-trasport tal-merkanzjia fuq distanzi twal, se jkunu meħtieġa strumenti addizzjonali sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Dawn jinkludu pjan ta’ azzjoni għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, sistemi tat-trasport intelliġenti sabiex il-mobilità tkun ta’ inqas ħsara għall-ambjent u tkun aktar effiċjenti; dibattitu dwar kif inbiddlu l-mobilità tan-nies fiż-żoni urbani; pjan ta’ azzjoni għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, u pjan ambizzjuż biex it-trakkijiet u l-karozzi jimxu bi fjuwils li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Jacques Barrot, il-Viċi President tal-Kummissjoni inkarigat mit-Trasport, qal: “Il-mobilità hija essenzjali għall-moviment ħieles taċ-ċittadini Ewropej u għat-tkabbir ekonomiku. L-UE se tkompli ssaħħaħ u ttejjeb il-ferroviji u l-passaġġi ta’ l-ilma għall-konnessjonijiet fuq distanzi twal. Hemm bżonn ukoll li nżidu l-isforzi tagħna sabiex it-trasport fuq l-art u fl-ajru jsiru aktar effiċjenti u jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent. Minħabba f’hekk, nixtieq nagħfas fuq il-loġistika, il-propulsjoni ħadra u sistemi ta’ trasport intelliġenti li jużaw l-aktar teknoloġiji avvanzati.”

L-orjentazzjonijiet tal-politika tat-trasport imfissra f’din l-eżaminazzjoni mill-ġdid jibnu fuq il-White Paper ta’ l-2001. Jinkludu azzjonijiet sabiex jinħoloq netwerk ferrovjarju Ewropew kompetittiv bis-saħħa tal-liberalizzazzjoni, l-innovazzjoni teknoloġika u l-interoperabilità tat-tagħmir, l-investiment fl-infrastruttura u monitoraġġ aħjar tas-suq b’sistema ta’ klassifikar ġdida mill-2007 ‘il quddiem. Jeħtieġ li jiġu żviluppati ‘awtostradi tal-baħar’ u tbaħħir fuq distanzi qosra b’enfażi akbar fuq konnessjonijiet lejn l-art. Il-politika Ewropea tal-portijiet, li se tiġi varata fl-2007, se jkollha bħala wieħed mill-għanijiet tagħha investiment akbar fi ħdan il-portijiet u lejn il-hinterland.

It-tariffi intelliġenti se jikkontribwixxu għal użu aktar razzjonali ta’ l-infrastruttura. L-eżaminazzjoni mill-ġid tħabbar metodoloġija bħala bażi għal tariffi intelliġenti għall-infrastruttura mill-2008. Hemm ukoll tkomplija tal-miżuri sabiex jittejbu s-sikurezza u s-sigurtà f’diversi modi ta’ trasport. Se jiżdiedu l-miżuri sabiex tintlaħaq il-mira li jitnaqqas bin-nofs in-numru ta’ nies maqtula fuq it-toroq ta’ l-UE bejn l-2001 u l-2010. Mill-2007 ‘il quddiem, se jiġi organizzat jum Ewropew għas-sikurezza fit-toroq sabiex titqajjem kuxjenza, u approċċ integrat lejn is-sikurezza fit-toroq se jagħfas fuq id-disinn tal-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tas-sewwieqa. Irid jissaħħaħ ukoll il-ħarsien tad-drittijiet tal-passiġġieri, partikolarment fil-modi tat-trasport kollha għan-nies b'mobilità limitata.

L-istrumenti tal-White Paper ta’ l-2001 għandhom jiġu adattati għal kuntest ġdid ta’ Ewropa akbar, prezzijiet tal-petrol dejjem jiżdiedu, l-impenji ta’ Kjoto u l-globalizzazzjoni. Politika Ewropea sostenibbli tal-mobilità teħtieġ aktar għodod politiċi sabiex tottimizza r-rendiment ta’ kull mod ta’ trasport u l-użu magħqud tagħhom. Il-Kummissjoni trid tadotta pjan ta’ azzjoni loġistiku fl-2007 sabiex toħloq sinerġiji aħjar bejn it-triq, il-baħar, il-ferrovija u x-xmajjar, u biex tintegra modi ta’ trasport diversi fi ktajjen loġistiċi. Dan se jagħmel lill-industrija aktar kompetittiva iżda wkoll inaqqas l-impatt ambjentali ta' kull unità tal-merkanzija.

L-eżaminazzjoni mill-ġdid titfa’ enfasi akbar fuq sistemi intelliġenti tat-trasport. M’hemm l-ebda raġuni għala l-vapuri, it-trakkijiet, il-karozzi u l-ferroviji m’għandhomx ikollhom l-istess għodod sofistikati għall-komunikazzjoni u n-navigazzjoni bħal m’għandhom l-ajruplani. Il-ġestjoni f’ħin reali tal-flussi tatt-traffiku u l-użu tal-kapaċità kif ukoll it-traċċar se jnaqqsu l-ispejjeż, itejbu l-kwalità ambjentali u jtejbu s-sikurezza. Il-programm Galileo se jkollu rwol kruċjali fil-promozzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

It-trasport jissarraf fi 30% tal-konsum totali ta’ l-enerġija u 71% tal-konsum totali taż-żejt fl-UE. It-triq tinvolvi 60% tal-konsum totali taż-żejt. Sabiex tonqos id-dipendenza fuq iż-żejt u t-trasport isir aktar sostenibbli, fl-2007 il-Kummissjoni se tippreżenta pjan strateġiku għat-teknoloġija għall-enerġija u fl-2009 programm ewlieni dwar vetturi li jimxu bi fjuwils li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

L-eżaminazzjoni tal-lum issejjaħ għal azzjonijiet aktar ambizzjużi biex tinbidel il-mobilità fiż-żoni urbani ta’ l-Ewropa. Il-Kummissjoni se tvara dibattitu dwar il-politika għat-trasport urban fl-2007 permezz ta’ Green Paper. L-UE tista’ tkun xprun sabiex tħeġġeġ lil min jieħu d-deċiżjonijiet biex jaffronta aħjar il-konġestjoni, it-tniġġis u l-inċidenti permezz ta’ azzjonijiet innovattivi. Bħala parti mid-dibattitu, se tkun meħtieġa stampa aktar ċara ta’ liema livell governattiv se jkun responabbli għal azzjonijiet ġodda.
Il-kisbiet tas-snin imgħoddija huma pożittivi iżda jinħtieġu aktar strumenti. Id-direzzjonijiet politiċi mfissra fl-eżaminazzjoni mill-ġdid tal-White Paper se jiġu rfinati fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati kollha u ta’ studji li jħarsu ‘l quddiem dwar ix-xenarji tat-trasport fil-ġejjieni.

http://ec.europa.eu/transport/transport_policy_review/index_en.htm

ANNEX

Actions

The Commission plans on deploying a number of concrete actions. Among others these include:

a. Optimisation of existing transport modes

  • An internal market review of road transport to ensure the proper functioning of the market, determine the role of SME’s, and provide an analysis of the social elements involved (2006)
  • Launch European ports policy (2007)
  • Removal of technical barriers in rail transport to ensure interoperability between companies. Programme to promote rail freight corridors and prepare a review of the internal market in rail transport (2006), with a scoreboard for market performance of rail (2007)
  • A review of air transport liberalisation measures, airport charges and capacity (2006)
  • A mobilisation of all sources of infrastructure financing; multi-annual investment programme up to 2013 for Trans-European networks

b. Mobility for the citizen

  • Publication of a Green Paper on Urban Transport (2007)
  • Development of a strategy for critical infrastructure (2006), land and public transport security (2007), and review air and maritime security rules (2008)
  • Passenger rights: proposal on minimum standards for coach transport, notably for people with limited mobility (2007)
  • A first European road safety day (2007); promotion of road safety through vehicle design and technology, infrastructure and drive behaviour (on a continuing basis)
  • Review legislation on working conditions in road sector (2007)

c. Better transport solutions through new technologies

  • Development of a freight transport logistics strategy, as well as the launch of a broad debate on possible preparation of an EU action plan for 2007
  • Energy and transport: strategic technology plan for energy in 2007 and green propulsion programme for 2009
  • Technology: RTD and support to market penetration, including big technology projects such as Galileo and ERTMS which should be implemented on certain corridors from 2009 onwards.
  • Smart charging (basis for methodology by 2008)
  • Major programme to bring intelligent road transport systems to market (2008)

Concrete measures will be decided after consultations and impact assessment.


Side Bar