Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/06/779

Brussell, it-13 ta' Ġunju 2006

IL-Finanzi Pubbliċi fl-2006: il-Patt il-ġdid ta’ Stabbiltà u Tkabbir Ekonomiku jibda tajjeb iżda aktar testijiet ewlenin huma mistennija fil-ġejjieni

Il-bilanċ ta’ l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni tal-Patt irriformat ta’ Stabbiltà u Tkabbir Ekonomiku (PST) huwa globalment pożittiv iżda hemm aktar testijiet ewlenin mistennija fil-ġejjieni. Il-Patt il-ġdid irriżulta f’responsabbiltà aktar nazzjonali tal-liġijiet tad-dixxiplina baġitarja minħabba raġuni ekonomika aktar b 'saħħitha li tiżgura li d-differenzi ekonomiċi bejn il-pajjiżi jitqiesu iktar minn qabel. L-isforzi ta’ konsolidazzjoni huma aktar strutturali, jdumu aktar u huma ta’ kwalità. Iżda l-valutazzjoni tal-‘parti preventiva’ tal-Patt, jiġifieri t-twettiq ta’ bilanċi baġitarji soda fil-medda ta’ żmien medja, hija aktar imnaqqsa. Dan huwa aktar u aktar ta’ tħassib billi l-irkupru ekonomiku għaddej bħalissa fl-Unjoni Ewropea, inkluża ż-żona ta’ l-euro, għandu mnejn iwassal għal aktar sforzi ta’ konsolidazzjoni milli għal anqas. Dawn il-konklużjonijiet huma inklużi f’Komunikazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill adottata llum, li tibni fuq ir-rapport Annwali dwar l-istat tal-finanzi pubbliċi fl-Unjoni Ewropea.

“Bl-introduzzjoni ta’ aktar spazju għall-ġudizzju ekonomiku, ir-riforma qanqlet djalogu aktar konstruttiv u trasparenti dwar il-politika ta’ l-ekonomija fl-livell ta’ l-UE. Hija saħħet l-appoġġ u l-pressjoni tal-pari u kkontribwiet għall-operazzjoni tal-Patt effiċjenti u bla tfixkil. Iżda l-punti l-aktar iebsa jibqgħu t-tbegħid lil hinn mill-korrezzjoni ta’ defiċits eċċessivi u l–iżgurar ta’ pożizzjoni baġitarja komda fil-medda ta’ żmien medja permezz taż-żieda ta' sforzi ta' konsolidazzjoni, issa li ż-żminijiet huma aħjar, " qal il-Kummissarju ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Joaquin Almunia. “Ma nistgħux nirrepetu l-iżbalji ta’ l-imgħoddi jekk irridu niksbu għalina marġni sigura ta’ manuvra għal żminijiet ħżiena, u rridu mmexxu lura wkoll dawk id-djun eċċessivi”.

Illum il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li tistipula l-konklużjonijiet ewlenin tal-politika tar-rapport tagħha ta’ l-2006 dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU. Hija tipprovdi wkoll reviżjoni minn ta’ l-ewwel dwar l-implimentazzjoni tal-PST, kif ġie rrevedut f’Ġunju tas-sena l-oħra, u dwar l-isfidi tal-ġejjieni.

Ir-riforma PST 2005 ġiebet magħha titjib sinifikanti fl-applikazzjoni tal-proċedura tad-defiċit eċċessiv.

Hija tat lok li jitqiesu aħjar il-kunsiderazzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi li għandhom x’jaqsmu mat-tkabbir ekonomiku u l-qagħda tal-finanzi pubbliċi tagħhom filwaqt li, fl-istess ħin, tkompli tpoġġi l-pajjiżi kolllha b’defiċit ‘il fuq minn 3% taħt il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv.

Ġew stipulati dati ta’ skadenza realistiċi għall-korrezzjoni ta’ defiċit eċċessiv, sabiex jitqies it-tkabbir ekonomiku dgħajjef iżda l-aġġustament fiskali strutturali rrakkomandat huwa sinifikanti. Aktar u aktar billi l-aġġustament huwa issa espress nett fuq effetti temporanji u ta’ darba, u għalhekk jiżgura li d-defiċit eċċessiv jiġi korrett b’mod aktar permanenti.

L-importanti huwa li ż-żieda fil-flessibilità u l-wisgħa għal ġudizzju saru mingħajr preġudizzju għas-sistema msejsa fuq ir-regoli għall-politika fiskali, li tiggarantixxi trattament ugwali għall-Istati Membri kollha.

Skond ir-riżultati baġitarji fl-2005, id-defiċit nominali fl-UE tnaqqas għal 2.3 % tal-PGD minn 2.6% fl-2004 (2.4% u 2.8%, rispettivament, fiż-żona ta’ l-ewro). F’termini stutturali, dan ifisser titjib ta’ madwar ¾ fil-mija tal-PGD, li huwa l-akbar aġġustament baġitarju mill-1997.

Parti preventiva

Iżda naturalment, il-Patt mhuwiex biss dwar il-korrezzjoni ta’ defiċit eċċessiv. L-iskop ewlieni huwa li jiżgura għanijiet għaż-żmien medju b’saħħithom (MTOs) għal finanzi pubbliċi li huma bħalissa rrakkomandati fi ħdan firxa bejn il-1% tal-PGD għal pajjiżi b’dejn baxx/potenzjal għal tkabbir għoli u l-bilanċ jew l-eċċess għal pajjiżi b’dejn għoli/potenzjal għal tkabbir baxx.

L-eżami ta’ l-ewwel serje ta’ Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza sottomessi wara r-riforma tal-Patt, juri li l-Istati Membri stabbilew għalihom infushom MTOs li jaqblu b'mod ġenerali mal-prinċipji miftehma. Żvilupp pożittiv ieħor huwa li l-projezzjonijiet baġitarji huma, fi kważi l-każijiet kollha, imsejsa fuq il-preżunzjonjijiet ta’ tkabbir realistiku u bi ftit rikors għal miżuri ta' darba u miżuri temporanji oħrajn. Madankollu, f’xi każijiet, il-pjanijiet baġitarji għaż-żmien medju huma nieqsa mill-ambizzjoni meħtieġa biex jitnaqqas id-distakk bejn il-pożizzjonijiet fiskali attwali u l-għanijiet baġitarji għaż-żmien medju. Notevolment, għandhom isiru aġġustamenti fiskali akbar fl-2006 u wkoll fl-2007, f’kuntest ta' rkupru ekonomiku.

ll-Finanzi Pubbliċi ta’ l-2006 fir-rapport ta’ l-EMU fih ukoll żewġ taqsimiet analitiċi li jiffukaw fuq a) ir-rwol tal-liġijiet tal-politika fiskali nazzjonali (eż. il-limiti għan-nefqa, ‘patti nazzjonali’) u fuq l-istituzzjonijiet bħala suppliment utli ta’ dawk tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir Ekonomiku; b) politika fiskali fi “żminijiet tajba”. Żviluppi ta’ dan l-aħħar u l-previżjoni tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa ta' l-2006 jikkonfermaw li għaddejja ħidma ta’ rkupru ekonomiku fiż-żona ta’ l-euro u fl-UE. Jeħtieġ li l-Istati Membri jevitaw l-iżbalji tal-passat u jagħmlu użu tajjeb miż-żminijiet it-tajba biex iħaffu l-isforzi baġitarji ta’ konsolidazzjoni.

Sfond

Il-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir Ekonomiku huwa magħmul minn dispożizzjoniiet tat-Trattat dwar il-Politika Ekonomika u Monetarja (Titolu VII) tat-Trattat ta’ l-UE kif ukoll minn żewġ Regolamenti ta’ l-1997 dwar is-sorveljanza tal-pożizzjonijiet baġitarji u dwar il-korrezzjoni ta’ defiċit eċċessiv. dawn ir-regolamenti ġew emendati f’Ġunju 2005. Ir-rapport li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-PST u li ġie adottat mill-ministri finanzjarji ta’ l-UE f’Marzu 2005 huwa wkoll parti integrali ta’ l-arkitettura tas-sorveljanza baġitarja ta’ l-UE.
Ir-rapport sħiħ jinsab fuq:

http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/publicfinance_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website