Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Identità l-ġdida ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej fuq il-Web biex jitfakkar Jum l-Ewropa, id-9 ta’ Mejju.

European Commission - IP/06/586   05/05/2006

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL

IP/06/586

Brussell, il-5 ta’ Mejju 2006

L-Identità l-ġdida ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej fuq il-Web biex jitfakkar Jum l-Ewropa, id-9 ta’ Mejju.

Is-siti ta’ l-Istituzzjonijiet Ewropej se jibdew joperaw taħt id-dominju ta’ l-ogħla livell “.eu” fid-9 ta' Mejju 2006, “Jum l-Ewropa”. Dan ifisser li issa jistgħu jużaw dan id-dominju biex jipprojettaw l-identità tagħhom stess fuq il-web, bħalma ilhom jagħmlu ċ-ċittadini ta’ l-UE mis-7 ta’ April 2006. L-indirizzi ta’ l-internet ta’ l-istituzzjonijiet se jinbidlu u jkollhom is-suffiss “.eu” mid-9 ta’ Mejju 2006.

Margot Wallström, Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, responsabbli għar-Relazzjonijiet Istituzzjonali u l-Istrateġija tal-Komunikazzjoni, qalet: “L-identità l-ġdida tal-web ta' l-Istituzzjonijiet hija simbolika. L-UE għandha tikkonċentra anqas fuq l- “.istituzzjonijiet” u aktar fuq l-“.Europej”. Id-dominju “.eu” se jagħmel l-UE aktar viżibbli fuq l-Internet, anki għaċ-ċittadini tagħha.”

EUROPA.eu se tkun l-unka “ditta” ta’ l-Internet u l-unku punt ta' dħul online ta' l-istituzzjonijiet u l-aġenziji ta' l-UE. L-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha ta’ l-UE se jidħlu taħt EUROPA, u l-indirizzi tagħhom isiru parti mill-familja “europa.eu” (ara l-anness).

L-indirizzi “.int” kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet se jibqgħu aċċessibbli għal perjodu tranżizzjonali ta’ mill-inqas sena.

Id-dominju l-ġdid “.eu” ta’ l-internet, li tnieda taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissarju għas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u l-Midja, Viviane Reding, fetah għal kulħadd fis-7 ta’ April 2006 (ara IP/06/476), u wera li hu popolari immens, b’aktar minn miljun isem irreġistrat s’issa. L-implimentazzjoni tat-tibdil fl-infrastruttura ġiet żgurata mid-IDirettorat Ġenerali ta’ l-Informatika, taħt ir-responsabbiltà tal-Viċi-President Kallas.

Għal aktar dettalji dwar .eu, id-dominju ta’ l-Internet ta’ l-Ewropa: MEMO/06/159

Indirizzi ġodda ta’ l-Istituzzjonijiet, l-Aġenziji u Korpi oħra fid-dominju tat-tielet livell fi ħdan it-TLD. eu

X’kienu l-URLs antiki u liema huma l-ġodda
Il-URLs Antiki
Il-URLs il-ġodda
L-istituzzjonijiet kollha
Il-Parlament
Il-Kunsill
Il-Kummissjoni
Il-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti ta' l-Awdituri
L-Ombudsman
Il-Kontrollur għall-Protezzjoni tad-Data
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Il-Kumitat tar-Reġjuni
Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment
Il-Fond Ewropew ta' l-Investiment
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
In-Network ta’ l-Informazzjoni u l-Osservazzjoni ta’ l-Ambjent Ewropew
L-Aġenzija tar-Rikostruzzjoni Ewropea (Kożovo)
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
L-Aġenżija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel
Iċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni għall-Korpi ta’ l-Unjoni Ewropea
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali
Iċ-Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
L-Istitut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà
Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kontroll għad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
L-Uffiċċju tal-Komunità għall-varjetà tal-pjanti
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija
L-Unità għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja ta’ l-Unjoni Ewropea
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal
Il-Konferenza tal-Kumitati tal-Komunità u l-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti ta’ l-Unjoni Ewropea
L-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji
L-Aġenzija Ewropea għall-Kimika
L-Aġenzija Ewropea għat-Treġija tal-Kooperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni (FRONTEX)
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website