Navigation path

Left navigation

Additional tools

Prodotti għall-ħarsien mix-xemx: Il-Kummissjoni tipproċedi sabiex ittejjeb it-tikkettjar

European Commission - IP/06/571   04/05/2006

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL

IP/06/571

Brussell, l-4 ta’ Mejju 2006

Prodotti għall-ħarsien mix-xemx: Il-Kummissjoni tipproċedi sabiex ittejjeb it-tikkettjar

Is-sajf, xatt il-baħar ix-xemx... miljuni ta’ Ewropej dalwaqt jerħulha lejn destinazzjonijiet xemxin għall-btala tas-sajf tagħhom. U miljuni ta’ ċittadini se jiġu wiċċ imb’ wiċċ mal-mistoqsija ta' liema prodott ta' ħarsien mix-xemx se jagħżlu biex ikunu protetti b'mod xieraq. Iżda jeżistu nuqqasijiet fil-mod ta’ kif il-prodotti ta’ ħarsien mix-xemx qed jiġu ttikkettjati attwalment. Aspett wieħed importanti għandu x’jaqsam maż-żewġ tipi differenti ta’ radjazzjoni perikolużi ta’ l-UV. Ir-radjazzjoni ta’ l-UVB hija l-kawża ta’ “ħruq bix-xemx”. Ir-radjazzjoni ta’ l-UVA xxejjaħ il-ġilda qabel iż-żmien, tfixkil is-sistema ta’ l-immunità, u hija kontributur ewlieni għar-riskju tal-kanċer tal-ġilda. Minkejja dan, l-hekk imsejjaħ ‘fattur ta’ ħarsien mix-xemx (sun protection factor - SPF)’ huwa biss ħarsien kontra l-ħruq mix-xemx (ir-radjazzjoni ta’ l-UVB). F’dan l-isfond, il-Kummissjoni Ewropea nediet inizjattiva biex ittejjeb is-sistema ta’ tikkettjar. Wara konsultazzjoni pubblika li nfetħet illum, il-Kummissjoni se toħroġ rakkomandazjoni li se tiżgura li l-industrija, mill-2007, tapplika tikkettjar standardizzat, sempliċi u li jinftiehem għall-prodotti ta' ħarsien mix-xemx. Għal iktar dettalji, ara MEMO/06/185.

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Günter Verheugen, responsabbli għall-politika ta’ l-intrapriża u l-industrija qal “Il-qagħda preżenti hija insonstenibbli. L-aħjar mod kif nimxu huwa permezz ta’ rakkomandazzjoni li għaliha l-industrija timpenja ruħha li tittikkettja kif xieraq il-prodotti ta' protezzjoni mix-xemx. Dan għandu jagħti lill-konsumaturi tagħrif ċar u koerenti mingħajr ma joħloq burokrazija żejda għall-industrija.

Il-Kummissarju Markos Kyprianou, risponsabbli għas-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur qal: “Il-konsumaturi għandhom ikunu kompletament konxji li l-ebda prodott ta’ ħarsien mix-xemx ma jista’ jipprovdi 100% tal-protezzjoni kontra r-radjazzjoni perikoluża ta’ l-UV . Hemm riskji serji ta’ saħħa, bħalma huwa l-kanċer tal-ġilda, marbut ma’ nuqqas ta' ħarsien mix-xemx. Iċ-ċittadini ta' l-UE għandhom ikunu kompletament infurmatidwar liema prodotti ta' ħarsien huma adattati għalihom u liema mhumiex . ”

L-inizjattiva tal-Kummissjoni biex ittejjeb it-tikkettjar

Biex ittejjeb il-qagħda preżenti, il-Kummissjoni qed taġixxi biex ittejjeb il-mod ta’ kif il-prodotti ta’ ħarsien mix-xemx jiġu ttikkettjati.

  • Biex il-konsumaturi jkunu jistgħu iqabblu l-prodotti, il-livell ta’ ħarsien mill-UVA għandu jkun indikat b'mod uniformi msejjes fuq metodi standardizzati ta' ttestjar.
  • Dikjarazzjonijiet li jagħtu l-impressjoni ta’ ħarsien totali, bħall-kelma “sunblocker” għandhom jinqatgħu.
  • It-tikketti għandu jkollhom twissijiet ċari u li jinftiehmu u istruzzjonijiet ta’ użu għall-konsumatur dwar kif wieħed għandu juża l-prodott ta’ ħarsien mix-xemx sew.

Biex tikiseb dan, il-Kummissjoni se tadotta rakkomandazzjoni li toffri gwida lill-industrija għall-effikaċja u d-dikjarazzjonijiet tal-prodotti ta’ ħarsien mix-xemx. Dawn il-linji ta’ gwida għandhom japplikaw għall-prodotti kollha ta' ħarsien mix-xemx, inklużi prodotti importati, li tpoġġew fis-suq ta' l-UE. Dan għandu jiżgura implimentazzjoni rapida mill-industrija mingħajr ma joħloq aktar burokrazjia.

Nuqqasijiet fit-tikkettjar preżenti tal-prodotti ta’ ħarsien mix-xemx

Il-magħruf “fattur ta’ ħarsien mix-xemx” jindirizza prinċipalment ir-radjazzjoni ta’ l-UVB (li hija l-kawża ta’ “ħruq mix-xemx”) iżda mhux ir-radjazzjoni ta’ l-UVA (li hija kontributur importanti għar-riskju tal-kanċer tal-ġilda u għax-xjuħija tal-ġilda). U, għad m'hemmx metodi uniformi ta' ttestjar biex titqabbel il-qawwa tal-ħarsien mill-UVA. Kull produttur għandu l-metodu tiegħu nnifsu biex ikejjel u jindika din il-protezzjoni, bħalma huma:

broad spectrum (spettru wiesa’)


broad extra UVA, UVB, (spettru wiesa extra UVA, UVB)


100% anti UVA/UVB/IR


keeps short UVA radiation away (iżomm 'il bogħod ir-radjazzjoni ta’ l-UVA ta’ wavelength qasira)

UVA of 30A (UVA ta’ 30A)


strengthened protection UVA (protezzjoni msaħħa mill-UVA)


UVB absorption spectrum 30/UVA 30 (spettru ta’ assorbiment ta’ l-UVB 30/UVA 30)



25B 7A

Sun blockers” u “ħarsien totali”? Ma jeżistux Minkejja dikjarazzjonijiet spissi bħal “sunblocker” u “ħarsien totali”, l-ebda prodott ta’ ħarsien mix-xemx ma jista’ jipprovdi protezzjoni sħiħa kontra r-radjazzjoni ta’ l-UV.

Dikjarazzjonijiet li jipproteġu bis-sħiħ lit-trabi u lit-tfal żgħar? Il-prodotti ta’ ħarsien mix-xemx m’għandhomx jagħtu l-impressjoni qarrieqa li jipprovdu protezzjoni biżżejjed lit-trabi u lit-tfal żgħar.

L-applikazzjoni korretta tal-prodott hija importanti daqs l-għażla tal-prodott innifsu. Pereżempju, biex tintlaħaq il-protezzjoni indikata mill-“fattur ta’ protezzjoni mix-xemx”, hija meħtieġa kwantita ta’ 2mg/cm² Il-kwantità biex tgħatti l-ġisem kollu tista’ tammonta għal terz ta’ flixkun żgħir. Barra minn hekk, din il-kwantità għandha tiġi applikata mill-ġdid b’mod frekwenti.

X’għandhom ikunu jafu l-konsumaturi dan is-sajf?

Fi kwalunkwe każ il-konsumaturi għandhom jużaw il-prodotti ta’ ħarsien mix-xemx. Iżda l-Kummissjoni tagħti parir favur l-għażla ta’ prodotti ta’ ħarsein li jipproteġu kontra r-radjazzjoni ta’ l-UVA u l-UVB.

Huwa importanti li l-konsumaturi jkunu jafu li l-prodotti ta' ħarsien għandhom ikunu biss waħda mill-għadd ta' miżuri ta' protezzjoni mir-radjazzjoni ta’ l-UV tax-xemx, bħalma huma:

  • L-evitar ta’ esponiment eċċessiv fl-agħar sigħat tax-xemx, meta x-xemx tkun fl-aqwa tagħha;
  • L-ilbies ta’ ħwejjeġ protettiv, kpiepel u nuċċalijiet tax-xemx;
  • It-trabi u t-tfal iż-żgħar m’għandhomx ikunu esposti għax-xemx diretta bl-ebda mod..

Fatti dwar l-industrija ta’ ħarsien mix-xemx

L-UE hija suq importanti ħafna u li dejjem qed jikber għall-industrija tal-prodotti ta’ ħarsien mix-xemx. Fl-2004, il-valur stmat bl-imnut (prezz ta’ bejgħ bl-imnut) ta’ prodotti ta’ ħarsien mix-xemx fl-Ewropa kien bejn wieħed u ieħor € 1.3 biljun. Fl-2005, il-bejgħ żdied b’4% fl-UE.

Is-suq ta’ prodotti ta’ ħarsien mix-xemx fl-UE huwa ddominat minn kumpaniji Ewropej. Fost l-aqwa għaxar fornituri fl-UE, hemm biss tliet kumpaniji mhux Ewropej li s-sehem tagħhom fis-suq jammonta għal madwar 12%.

It-test ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet huwa disponibbli għall-kummenti fuq l-internet fl-indirizz:
http://ec.europa.eu/enterprise/cosmetics/sunscreens/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website