Navigation path

Left navigation

Additional tools

Is-smewwiet Ewropej protetti minn linji ta’ l-ajru li mhumiex sikuri

European Commission - IP/06/359   22/03/2006

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL

IP/06/359

Brussell, it-12 ta’ Marzu 2006

Is-smewwiet Ewropej protetti minn linji ta’ l-ajru li mhumiex sikuri

Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat l-ewwel lista ta’ l-UE tal-linji ta’ l-ajru li huma pprojbiti fl-Unjoni Ewropea[1]. Din il-black list tal-linji ta’ l-ajru li mhumiex sikuri ser tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Il-black list saret fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali u wara valutazzjoni fil-fond ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri. Il-lista tikkonsisti minn 92 pajjiż li jiffaċċaw projbizzjoni assoluta u 3 kumpaniji li jiffaċċaw restrizzjonijiet operattivi. Minn issa ’l quddiem għandu japplika l-prinċipju li kumpaniji li huma pprojbiti fi Stat Membru wieħed għandhom jiġu pprojbiti fl-UE kollha.

L-Unjoni Ewropea issa għandha strateġija koerenti għall-projbizzjoni tal-linji ta' l-ajru", qal Jacques Barrot, il-Viċi President tal-Kummissjoni risponsabbli għat-trasport. “Din il-black list għandha teskludi mill-Ewropa l-linji ta’ l-ajru li huma dubbjużi. Għandha taċċerta li kull linja ta’ l-ajru li topera fis-smewwiet Ewropej tkun f’ konmformità ma’ l-ogħla standards ta’ sikurezza.

L-adozzjoni mill-Kummissjoni ssegwi l-opinjoni unanima tal-Kumitat tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni ta’ esperti ta’ l-Istati Membri fil-15 ta’ Marzu 2006. Din l-ewwel black list ta’ l-UE ta’ linji ta’ l-ajru li mhumiex sikuri hija bbażata fuq ir-regolament (KE) Nru 2111/2005[2] li daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Jannar. L-Istati Membri infurmaw lill-Kummissjoni minn dak iż-żmien dwar kull projbizzjoni fit-titjiriet jew restrizzjonijiet operattivi fit-territorju tagħhom u dwar ir-raġunijiet għal tali projbizzjonijiet. Il-Kummissjoni stiednet lil kull linja ta’ l-ajru kkonċernata sabiex tesprimi l-opinjoni tagħha u kkuntattjat lill-awtoritajiet ta’ l-avjazzjoni ċivili risponsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom. Uħud mil-linji ta’ l-ajru ressqu l-kummenti tagħhom bil-miktub, filwaqt li oħrajn ippreżentawhom b’mod orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni.

Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet operattivi jiġu imposti biss meta bbażati fuq evidenza ta’ ksur ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti li huma ppubblikati fir-regolament li ssemma hawn fuq. Dawn il-kriterji jiffokaw fuq ir-riżultati ta’ l-kontrolli li jitwettqu fl-ajruporti Ewropej; l-użu ta’ trasportaturi ta’ l-ajru li mhumiex miżmuma tajjeb, antikwati jew obsoleti; l-inabbiltà tal-linji ta’ l-ajru li jikkoreġu n-nuqqasijiet identifikati matul l-ispezzjonijet; u l-inabbiltà ta’ l-awtorità risponsabbli li tara li linja ta’ l-ajru twettaq ix-xogħol tagħha sew.

L-Istati Membri irrappurtaw li ħames pajjiżi għandhom sistema inadegwata ta’ sorvelljanza regolatorja. Konsegwenza importanza tal-black list għandha tkun li telimina l-prattika ta’ bnadar ta konvenjenza fejn ċertu pajjiżi joħorġu Ċertifikati ta’ Operat ta’ l-Ajru lil linji ta’ l-ajru li huma dubjużi.

Il-Kummissjoni biħsiebha wkoll tkompli bil-programmi ta’ assistenza teknika għall-awtoritajiet ta’ l-avjazzjoni ċivili f’pajjiżi terzi. Il-black list għandha tgħin biex tiffoka l-programmi ta’ koperazzjoni fuq pajjiżi li jixtiequ jilħqu l-istandards internazzjonali ta’ sikurezza iżda li huma neqsin mir-riżorsi. Tul l-aħħar ħames snin il-Kummissjoni nefqet sa 80 milju fuq programmi bħal dawn.

Il-projbizzjonijiet li huma issa imposti fl-UE jikkonċernaw kemm it-titjiriet għall-passiġieri kif ukoll il-kumpaniji ta’ trasport tal-merkanzija. Id-deċiżjoni ta’ llum tal-Kummissjoni timponi wkoll restrizzjonijiet operattivi fuq tliet kumpaniji li m’għadhomx joperaw titjiriet ġewwa l-UE permezz ta’ trasportaturi ta’ l-ajru speċifikati.

Il-black list Ewropea għandha jkollha impatt reali fuq is-sikurezza fl-avjazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Flimkien ma' l-effett punittiv tagħha, il-black list għandha tinkuraġġixxi l-linji ta’ l-ajru kollha li joperaw fl-Ewropa sabiex jikkonformaw b’mod sħiħ ma’ l-istandards tas-sikurezza u għandha tiddisswadi l-linji ta’ l-ajru bla skrupli milli jibdew jagħtu servizz fl-Ewropa. Għandha tevita li jkun hemm diskrepanzi bejn projbizzjonijiet ta’ titjiriet nazzjonali u restrizzjonijiet. Permezz tal-pubblikazzjoni ampja tagħha, il-black list ser ikollha impatt fid-dinja kollha. Il-Kummissjoni tavża lin-nies sabiex jevitaw li jivvjaġġaw b’dawn il-linji ta’ l-ajru f’ partijiet oħrajn tad-dinja.

Il-black list ta’ llum huwa l-ewwel pass. Il-lista għandha tiġi aġġornata kull meta dan ikun meħtieġ mill-inqas kull tliet xhur. Il-Kummissjoni llum adottat wkoll regoli għall-aġġornament tal-lista. Jekk linja ta’ l-ajru tħoss li għandha titneħħa minn fuq il-lista ladarba tkun f’konformità ma’ l-istandards tas-sikurezza, din għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru. Il-Kumitat ta’ l-Esperti ta’ Sikurezza fl-Avjazzjoni għandhom jivvalutaw l-evidenza pprovduta mil-linja ta’ l-ajru jew mill-awtorità superviżorja tagħha. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha skond l-opinjoni tal-Kumitat.

L-istess proċedura għandha tapplika f’każ li linja ta’ l-ajru għandha tiżdied mal-lista. Minn hawn il-Kummissjoni tista’ taġixxi fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha - dritt li ma kellhiex biex tfassal l-ewwel lista li hija bbażata esklussivament fuq kontribuzzjonijiet nazzjonali. il-Kummissjoni għandha taġixxi fuq informazzjoni miġbura mis-servizzi tagħha stess, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurezza fl-Avjazzjoni (EASA), l-Istati Membri jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili.

Nota : Flimkien mal-black list il-Kummissjoni pproponiet ukoll reċentament biex testendi r-rwol ta’ l-EASA (IP/05/1422). Il-proposta tinkludi wkoll id-dispożizzjoni għal ċertifikazzjoni ex ante ta’ konformità ta’ l-operaturi ta’ pajjiżi terzi li għandhom kondizzjonijiet essenzjali għall-operat tat-trasportaturi ta’ l-ajru fl-UE. Ebda Stat Membru ta’ l-UE bħalissa ma joħroġ ċertifikati għal operaturi ta’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropea sabiex japprova din il-proposta.

MEMO/06/127: Questions and answers on aviation blacklist

http://ec.europa.eu/transport/air/safety/doc/flywell/2006_03_22_flywell_list_en.pdf


[1] http://ec.europa.eu/transport/air/safety/doc/flywell/2006_03_22_flywell_list_en.pdf, http://ec.europa.eu/transport/air/safety/flywell_en.htm

[2] ĠU L 344, 27.12.2005, p.15

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/en/oj/2005/l_344/l_34420051227en00150022.pdf)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website