IP/06/202
Brussell, it-22 ta’ Frar 2006
Illum il-Kummissjoni Ewropea tat rendikont dwar il-ġlieda Ewropea għas-sikurezza fit-toroq mill-2001. Saru progressi importanti, l-aktar f’ċerti Stati Membri. Fl-2005, inqatlu 8000 ruħ anqas fuq it-toroq Ewropej milli fl-2001. Iżda dan il-progress mhuwiex biżżejjed u jeħtieġ li jissaħħu l-isforzi nazzjonali u Ewropej sabiex jintlaħaq l-għan li sa l-2010 l-imwiet fuq it-toroq jonqsu b’nofs.
"Il-progressi li saru għandhom iħeġġu lil kull min hu kkonċernat biex jagħmel aktar milli qed jagħmel bħalissa", stqarr Jacques Barrot, Viċi President tal-Kummissjoni inkarigat mit-trasport.
Sa mill-2001 u bis-saħħa tal-Programm ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq adottat fl-2003, l-Unjoni Ewropea kkontribwiet sabiex is-sikurezza fit-toroq tkun minn ta’ fuqnett fil-preokkupazzjonijiet politiċi ta’ l-Istati Membri. Bosta minn fosthom li ma kinux għadhom fasslu pjani nazzjonali għas-sikurezza fit-toroq issa għamlu dan, bil-għan komuni li jnaqqsu b’nofs in-numru tal-vittimi fuq it-toroq.
Il-punti essenzjali tar-reviżjoni f’nofs triq huma dawn li ġejjin:
F'dak li għandu x'jaqsam mar-rendikont ta' l-azzjonijiet Ewropej, dan huwa biċċa xogħol kbira u jkopri aspetti differenti tas-sikurezza fuq it-toroq, bħall-adozzjoni dan l-aħħar tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-mistrieħ tas-sewwieqa professjonisti. (IP/06/110), miżuri għas-sikurezza tal-vetturi, u kampanji edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni. Bħalissa jeħtieġ b’mod urġenti li titmexxa l-proposta dwar il-liċenzji tas-sewqan biex tiġi miġġielda l-frodi tal-liċenzji tas-sewqan u jittejbu l-kompetenzi u b'hekk anki s-sikurezza ta' min isuq il-mutur. Fil-fatt, bħala valur assolut, l-għadd ta’ mwiet bil-muturi żdied bejn l-2000 u l-2003, filwaqt li l-għadd totali ta’ l-imwiet fuq it-toroq naqas. Il-proposta dwar il-liċenzji tas-sewqan (IP/03/1435) tipprevedi aċċess progressiv għal-liċenzja tas-sewqan għall-muturi l-aktar qawwija u tiġġeneralizza l-liċenzja għaċ-ċiklomuturi (motorini) Il-Viċi President Jacques Barrot stqarr dwar dan : «Nittama li l-Kunsill ikun jista’ jerġa’ jmexxi malajr d-dossier dwar il-liċenzji tas-sewqan. Jeħtieġ li nżidu l-isforzi tagħna sabiex inħarsu aħjar is-sewwieqa tal-muturi».
Il-Kummissjoni biħsiebha tvara inizjattivi ġodda, ġaladarba
tkun ġiet adottata r-reviżjoni tal-Karta Bajda dwar it-trasport
prevista għal April 2006. Il-kunsill informali tal-Ministri tat-Trasport se
jiddiskuti s-sikurezza fit-toroq fi Bregenz (l-Awstrija) fit-2 u t-3 ta’
Marzu.
Il-komumikazzjoni tal-lum tal-Kummissjoni hija akkumpanjata minn bosta
annessi li fihom fost l-oħrajn statistika u skedi skond
il-pajjiż :
http://ec.europa.eu/transport/road/roadsafety/index_en.htm
Programm
ta' Azzjoni Ewropew għas-Sikurezza tat-Toroq :
http://ec.europa.eu/transport/road/roadsafety/rsap/index_en.htm
Annex:
Key data on road safety
[Graphic in
PDF & Word format]
Source: CARE database for EU 15 countries
except Germany and national data for Germany and new Member States
Belgium
data not available for 2003 and 2004
[Graphic in PDF & Word format]
[Graphic in PDF & Word
format]
Source: Eurostat, CARE database for EU 15 countries except
Germany and national data for Germany and new Member States.
Belgium data not
available for 2003 and 2004