Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/06/192

Brussell, il-21 ta’ Frar 2006

L-iskorbord tas-Suq Intern: l-aqwa riżultat ġenerali s’issa

L-Istati Membri kisbu l-aqwa progress tagħhom s'issa fl-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom tar-regoli miftiehma tas-Suq Intern, skond l-aħħar Skorbord tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Suq Intern. Bħala medja 1.6% biss tad-Direttivi tas-Suq Intern li għalihom skadiet id-data ta’ implimentazzjoni bħalissa mhumiex miktuba fil-liġi nazzjonali. Dan huwa tnaqqis mill-1.9% ta’ Lulju 2005 (IP/05/961) u huwa qrib ħafna tal-mira proviżorja ta’ 1.5% miftiehma mill-Kapijiet ta’ l-Istat. Sar progress individwali kemm mill-Istati Membri ‘antiki’ daqstant mill-’ġodda’, iżda b’mod ġenerali l-Istati Membri ‘l-ġodda’, b’defiċit medju ta’ 1.2%, sostanzjalment sejrin aħjar mill-Istati Membri ‘l-antiki'. Madankollu, wisq ta’ sikwiet, l-Istati Membri jonqsu milli japplikaw ir-regoli tas-Suq Intern sewwa: ħames Stati Membri biss irnexxilhom inaqqsu n-numru ta’ proċedimenti ta’ ksur kontra tagħhom. It-test sħiħ ta’ l-aħħar Skorbord tas-Suq Intern jinsab f’: http://ec.europa.eu/internal_market/score/index_en.htm

Il-Kummissarju dwar is-Suq Intern u s-Servizzi Charlie McCreevy qal: “Dan huwa riżultat eċċellenti. Juri li l-Istati Membri huma dejjem aktar impenjati li jaraw li s-suq uniku jiffunzjona, li huwa kruċjali għall-aġenda tat-tkabbir u l-impjiegi. Inħeġġeġ lill-Istati Membri jibnu fuq dan il-progress u nħeġġeġ lil dawk li għadhom lura biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom. Sa l-iskorbord li jmiss nittama’ li nifraħ lil kullħadd għaliex tkun intgħelbet il-barriera ta' 1.5%."

Traspożizzjoni tad-Direttivi tas-Suq Intern

  • Fi tmiem l-2005 id-defiċit ta’ traspożizzjoni – il-perċentwali ta’ Direttivi tas-Suq Intern li ma jkunux inkitbu fil-liġi nazzjonali – huwa ta’ 1.6% għall-Istati Membri ta’ l-UE-25. Dan huwa l-aqwa riżultat ġenerali minn mindu bdiet is-sorveljanza fl-1997.
  • Madankollu dan għadu baxx ħdejn il-mira proviżorja ta’ 1.5% li dwaru ftehmu l-Kapijiet ta’ Stat.
  • 17-il Stat Membru laħqu l-mira ta’ 1.5%. Għal darb’oħra, il-Litwanja għandha l-aktar defiċit baxx, segwita mid-Danimarka, l-Ungerija, il-Finlandja, il-Polonja u l-Iżvezja.
  • 3 Stati Membri huma qrib li jiksbu l-mira ta’ 1.5%: Franza, il-Belġju u l-Irlanda.
  • Ir-Repubblika Ċeka u l-Italja għadhom naqra lura mill-mira iżda, ta’ min jgħid li dawn l-Istati Membri għamlu progress impressjonanti mill-aħħar Skorbord ‘il hawn.
  • Il-Portugall għad fadallu triq twila u l-progress f’dawn l-aħħar 6 xhur kien modest.
  • Id-defiċit tal-Lussemburgu u tal-Greċja żdied meta mqabbela ma’ dak ta’ 6 xhur ilu.
  • Minkejja li l-progress individwali huwa maqsum indaqs bejn l-Istati Membri ‘ġodda’ u l-‘antiki’, ir-riżultat eċċellenti huwa dovut l-aktar għall-isforzi magħmula mill-Istati Membri l-‘ġodda’. Id-defiċit ta’ traspożizzjoni għall-Istati Membri l-‘ġodda’ huwa ta’ 1.2%, imqabbel ma’ 1.9% għall-Istati Membri l-‘antiki’. Mit-8 Stati Membri li ma laħqux il-mira ta’ 1.5%, 7 huma Stati Membri ‘antiki’.

Traspożizzjoni tad-Direttivi dwar-Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji (PASF) - analiżi

  • Ħames Stati Membri issa kitbu fil-liġi nazzjonali d-direttivi kollha dwar is-servizzi finanzjarji li t-traspożizzjoni tagħhom skadiet: Id-Danimarka, l-Estonja, il-Latvja, l-Awstrija u l-Polonja.
  • Warajhom hemm il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika Slovakka u l-Finlandja, li kollha għandhom direttiva dwar servizzi finanzjarji x'jittrasponu.
  • Konformi ma’ l-istampa ġenerali, il-Lussemburgu u l-Greċja qegħdin f’qiegħ il-klassifika. Il-progress modest magħmul mill-Portugall f’dawn l-aħħar 6 xhur ma jidhirx li jista’ jitfisser fil-qasam tas-servizzi finanzjarji: Il-Portugall għandu l-ogħla għadd ta’ direttivi dwar servizzi finanzjarji li skadew.

Ksur

  • L-Istrateġija tas-Suq Intern 2003-2006 għamlet seħja lill-Istati Membri biex inaqqsu bin-nofs l-għadd tagħhom ta’ każijiet ta’ ksur sa l-2006, iżda ħames Stati Membri biss – Franza, il-Belġju, l-Awstrija, l-Irlanda u l-Olanda – irnexxilhom inaqqsu l-għadd ta’ proċedimenti kontra tagħhom tul dawn l-aħħar tliet snin. Żdied l-għadd ta’ każijiet ta’ ksur kontra l-Istati Membri kollha.
  • Barra minn hekk, ebda Stat Membru m’hu se jikseb l-għan ta’ tnaqqis ta’ 50% ta’ proċedimenti għal ksur kontrih sas-sena 2006, meta mqabbla ma’ l-2003.
  • Peress li l-Kummissjoni bdiet għall-ewwel darba tindaga l-problemi ta’ applikazzjoni ħażina tar-regoli tas-Suq Intern fl-Istati Membri l-‘ġodda’ f’Mejju ta’ l-2004, iċ-ċifri ma jistgħux jitqabblu ma’ dawk għall-Istati Membri l-‘antiki’. Madankollu, l-għadd għoli ta’ każijiet ta’ ksur kontra l-Polonja, Malta u r-Repubblika Ċeka donnu juri li hemm problema ta’ applikazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern f’dawn l-Istati Membri, li jeħtieġ li tkun indirizzata.

Benefiċċji tas-Suq Intern u l-importanza ta’ l-implimentazzjoni

Is-Suq Intern għandu rwol ewlieni fil-ksib ta’ l-għan ta’ l-UE li jinħolqu aktar impjiegi u aktar tkabbir. Dan ħoloq miljuni ta’ impjiegi u biljuni ta’ ewro f’aktar prosperità. Jagħti liċ-ċittadini ta’ l-UE għażla aktar wiesgħa ta' prodotti ta' kwalità u servizzi u aktar libertà ta' vvjaġġar, xogħol, studju u għejxin f’pajjiżi oħra ta’ l-UE, filwaqt li jipprovdi għall-allokazzjoni ta’ riżorsi aktar effiċjenti u joffri opportunitajiet akbar ta’ kummerċ lin-negozju. Iżda s-Suq Intern jista’ biss jikseb il-potenzjal sħiħ tiegħu jekk il-leġiżlazzjoni miftiehma fuq livell Ewropew tkun implimentata u applikata b’mod effettiv mill-Istati Membri kollha.

Anness

Skorbord tas-Suq Intern 14 b:

Traspożizzjoni u applikazzjoni tar-regoli tas-Suq Intern (dettalji)

Traspożizzjoni – UE-25 Stati Membri

UE-25 Defiċit ta’ traspożizzjoni ta’ l-Istati Membri, kif kien fl-1/12/2005 – 1635 direttiva

Stat Membru
LT
DK
HU
FI
PL
SE
CY
LV
MT
SI
NL
DE
EE
SK
UK
AT
ES
FR
BE
IE
CZ
IT
PT
EL
LU
Defiċit ta’ Traspożizzjoni (%)
0.4
0.7
0.7
0.8
0.9
0.9
1.1
1.1
1.2
1.2
1.2
1.3
1.3
1.4
1.4
1.5
1.5
1.7
1.8
1.8
2.5
3.1
3.1
3.7
4.4
Għadd ta' Direttivi
6
11
12
13
14
14
18
18
19
19
19
22
22
23
23
24
25
28
29
30
41
50
50
60
72

Ir-rendiment ta’ l-Istati Membri UE-15 fil-ksib tal-mira ta’ 0% għad-Direttivi li t-traspożizzjoni tagħhom hija tard b’aktar minn sentejn, kif kien fl-1/12/2005.

Stat Membru
DK
NL
PT
FI
BE
ES
IE
SE
IT
AT
UK
DE
FR
EL
LU
Għadd ta' Direttivi
0
0
0
0
1
1
1
1
2
2
4
5
6
7
8

Traspożizzjoni – Direttivi dwar Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji

UE-25 Defiċit ta’ traspożizzjoni ta’ l-Istati Membri, kif kien fl-1/12/2005 – 20 direttiva

Stat Membru
DK
EE
LV
AT
PL
DE
IE
LT
HU
SK
FI
CY
MT
SI
IT
UK
BE
CZ
ES
FR
NL
SE
EL
LU
PT
Defiċit ta’ Traspożizzjoni (%)
0.0
0.0
0.0
0.0
0.0
5.0
5.0
5.0
5.0
5.0
5.0
10.0
10.0
10.0
15.0
15.0
20.0
25.0
25.0
25.0
25.0
25.0
35.0
35.0
40.0

Każijiet ta’ ksur kontra l-Istati Membri UE-15, kif kienu fl-1 ta’ Ottubru 2005

Stat Membru
DK
FI
LU
SE
NL
IE
PT
AT
UK
BE
EL
DE
FR
ES
IT
Għadd ta’ każijiet miftuħa ta’ ksur
31
36
36
41
44
51
53
59
66
66
99
101
113
115
157

Każijiet ta’ ksur kontra l-Istati Membri UE-10, kif kienu fl-1 ta’ Ottubru 2005

Stat Membru
LT
LV
SI
EE
HU
SK
CY
CZ
MT
PL
Għadd ta’ każijiet miftuħa ta’ ksur
4
7
7
8
10
10
11
14
14
18


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website