Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-kabotaġġ marittimu: il-Kummissjoni tibgħat opinjoni motivata lil Malta

European Commission - IP/06/1777   12/12/2006

Other available languages: EN FR DE

IP/06/1777

Brussels, it-12 ta’ Diċembru 2006

Il-kabotaġġ marittimu: il-Kummissjoni tibgħat opinjoni motivata lil Malta

Il-Kummissjoni Ewropea llum bagħtet opinjoni motivata lil Malta għal nuqqas ta' osservanza tar-regoli Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu. Dan huwa l-aħħar pass qabel ma l-każ jitqajjem quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Kummissjoni osservat li Malta ma kenitx iġġustifikat il-ħtieġa li, f'April 2004, tikkonkludi kuntratt esklussiv ta' servizz pubbliku ma' operatur privat biex tiżgura l-qadi ta' servizz marittimu mal-gżira ta' Għawdex. Barra minn hekk, dan il-kuntratt ingħata mingħajr ma saret qabel sejħa għall-offerti, li kieku kienet tippermetti aċċess ugwali għas-suq lil kwalunkwe operatur interessat.

Bis-saħħa tar-Regolament li japplika l-prinċipju tal-moviment ħieles tas-servizzi għat-trasport marittimu intern ta' l-Istati Membri, dawn ta' l-aħħar għandhom iħallu lill-operaturi kkonċernati jidħlu liberament f'dan is-suq. Mhija permessa l-ebda deroga minn dan il-prinċipju, ħlief f'ċirkostanzi partikolari, meta l-forzi tas-suq weħidhom ma jħallux li jintlaħaq livell ta' servizz sodisfaċenti.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website