Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-taxxa tat-tluq: Il-Kummissjoni Ewropea tibgħat opinjoni motivata lil Malta

European Commission - IP/06/1776   12/12/2006

Other available languages: EN FR DE

IP/06/1776

Brussels, it-12 ta' Diċembru 2006

It-taxxa tat-tluq: Il-Kummissjoni Ewropea tibgħat opinjoni motivata lil Malta

Il-Kummissjoni Ewropea llum bagħtet opinjoni motivata – l-aħħar pass qabel ma jitressaq ilment formali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – lil Malta dwar it-taxxa tat-tluq imposta fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. It-taxxa tat-tluq tiddistingwi bejn il-passiġġieri b'mod diskriminatorju.

It-taxxa tat-tluq f'Malta hija diskriminatorja, minħabba li hija imposta biss fuq passiġġieri ta' l-ajru li jkunu sejrin jibdew vjaġġ internazzjonali mill-ajruport ta' Malta, imma mhux fuq dawk li l-vjaġġ tagħhom ikunu bdewh barra minn Malta. It-taxxa għaldaqstant tqiegħed piż inġust fuq dawk li huma residenti f'Malta, u tagħmilhielhom aktar diffiċli jirċievu u jagħtu servizzi fl-Isati Membri l-oħra.

Barra minn hekk, id-destinazzjonijiet domestiċi huma eżenti mit-taxxa tat-tluq. Skond il-Kummissjoni, it-taxxa tat-tluq ma għandhiex tagħmel distinzjoni bejn it-titjiriet domestiċi u dawk lejn destinazzjonijiet oħra fil-Komunità.

Malta għandha xahrejn biex twieġeb għall-opinjoni motivata, li tikkostitwixxi t-tieni pass fi-proċedura ta' ksur, wara li Malta kienet intbagħtitilha ittra formali ta' notifika fl-4 ta' Lulju 2006.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website