Navigation path

Left navigation

Additional tools

Spejjeż ta’ l-anzjanità: aqta’ l-iżbilanċi u rriforma il-pensonijiet issa sabiex tħalli wirt sostenibbli lit-tfal tagħna għal li ġej

European Commission - IP/06/1356   12/10/2006

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL

IP/06/1356

Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2006

Spejjeż ta’ l-anzjanità: aqta’ l-iżbilanċi u rriforma il-pensonijiet issa sabiex tħalli wirt sostenibbli lit-tfal tagħna għal li ġej

Billi jibbilanċjaw il-baġits fuq medda ta' żmien medju, l-Istati Membri ta’ l-UE jkunu jistgħu jiffaċċjaw l-ispejjeż kbar tal-pensjoni ta' popolazzjoni li qegħda tikber fl-età b'kunfidenza wisq akbar. Jekk nilħqu dan il-għan, ir-relazzjoni tad-dejn medju ta’ l-UE mal-PGD titla’ minn kif inhi llum 63% għal madwar 80% sa l-2050 minflok kważi 200% fuq politiki attwali, skond Komunikazzjoni lill-Kunsill u l-Parlament fuq is-Sostenibbiltà fit-tul tal-Finanzi Pubbliċi fl-UE. Turi li l-Istati Membri bi żbilanċi kbar fil-baġit u żidiet sinifikanti mbassra fl-ispiża relatata ma’ l-età għandhom riskju akbar minn oħrajn. Iżda l-ilħiq ma’ l-impatt ta’ l-anzjanità fil-baġit hija politika ewlenija ta’ sfida għall-UE kollha. It-tweġiba tinstab fit-tnaqqis tad-dejn pubbliku, jgħollu r-rati ta’ impjieg u jtejbu l-produttività waqt li jsegwu riformi ta’ pensjoni, saħħa u sistemi ta’ kura fit-tul.

“Jekk bosta Stati Membri ma jiħdux azzjoni serja dwar li jxejnu l-bomba tal-ħin tal-pensjonijiet, din ser tieħu f’idejn it-tfal u t-tfal tat-tfal tagħna, u tippreżentalhom piż li sempliċement mhux sostenibbli. Din hija problema li trid tissolva permezz kemm ta’ tnaqqis fl-iżbilanċji pubbliċi u dejn u kif ukoll aktar riformi fil-pensjoni, is-saħħa u s-sistemi ta’ kura fit-tul. Sar progress, iżda huwa ċar li mhux biżżejjed, u t-tieqa ta’ opportunità li matulha l-popolazzjoni ta’ età tax-xogħol u l-livelli ġenerali ta’ impjieg ser jissoktaw jogħlew ser tingħalaq malajr,” qalet Joaquin Almunia, Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.

Bir-rata ta’ fertilità nieżla, bil-ġenerazzjoni ta’ dawk li twieldu dritt wara t-Tieni Gwerra Dinjija qiegħda tirtira u l-medja ta’ l-għomor tiżdied, il-popolazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ser tkun wisq iżjed anzjana fl-2050, u ser tkun ta’ piż li ma jistax jinġarr mill-finanzi pubbliċi, kif wera studju mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika ppubblikat fi Frar ta’ din is-sena[1].Il-Komunikazzjoni adottata llum mill-Kummissjoni, u l-istudju li hemm magħha dwar Is-Sostenibbiltà fit-Tul tal-Finanzi Pubbliċi fl-UE, juru li l-benefiċċji milli tiġi ndirizzata l-isfida billi jitnaqqsu żbilanċji pubbliċi u dejn u jiġu segwiti riformi strutturali huma kbar.

L-istudju jpoġġi l-lakuna tas-sostenibbiltà, i.e. l-lakuna ta’ bejn il-pożizzjoni baġitarja strutturali fl-2005 u pożizzjoni baġitarja sostenibbli, taħt l-istess kundizzjonijiet, għal madwar 3½% tal-PGD kemm fl-UE, kif ukoll fiż-żona ta’ l-euro. F’termini konkreti, l-isbilanċ stutturali fl-UE kollha fl-2005 kien madwar 2% tal-PGD. Li tingħalaq il-lakuna tas-sostenibbiltà jkun ifisser li l-isbilanċ jinbidel f’bilanċ strutturali pożittiv ta’ madwar 1½% tal-PGD.

Jekk l-għanijiet baġitarji speċifici fuq medda ta’ żmien medju ta’ pajjiż[2] introdotti mal-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir irriformat jintlaħqu sal-2010, dan inaqqas iż-żieda fid-dejn pubbliku minn medja għall-UE ta’ 63% tal-PGD fl-2005 għal madwar 80% tal-PGD sa l-2050. Jekk ma jintlaħqux, fin-nuqqas ta’ iżjed riformi, ir-relazzjoni bejn id-dejn/PGD hija stmata li tilħaq kważi 200% tal-PGD fl-2050.

L-istudju juri wkoll li jekk ir-rata tal-qgħad, partikularment ta’ ħaddiema akbar fl-età, togħla iżjed milli mbassar, is-sostenibbiltà fiskali titjieb sinifikament.

Finanzi sodi u riformi jrendu

Xi pajjiżi diġa għandhom finanzi sodi u ħafna oħrajn għamlu riformi fil-pensjoni u oqsma oħra sabiex jilħqu l-isfida. Dawk il-pajjiżi jistgħu jiffaċċjaw il-futur b’kunfidenzja ogħla. Madankollu il-maġġoranza għad baqagħlhom x’jaqdfu.

Fuq bażi tal-pożizzjoni baġitarja attwali u ż-żieda stmata ta’ spejjeż relatati ma’ l-età, il-pajjiżi ta’ l-UE jistgħu jinqassmu fi tliet gruppi rigward tar-riskju għas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

  • Pajjiżi b’riskju għoli (skond ordni alfabetika): ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, il-Portugall u s-Slovenja.
  • Pajjiżi ta’ riskju medju: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovakkja, Spanja u r-Renju Unit.
  • Pajjiżi ta’ riskju baxx: l-Awstrija, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlanja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja u l-Iżvezja.

L-ewwel grupp huwa kkaratterizzat b’żieda sinifikanti ħafna fl-ispiża fit-tul relatata ma’ l-età, li teħtieġ riformi. Madankollu, hija meħtieġa u urġenti wkoll kosolidazzjoni baġitarja, għax bosta minnhom għandhom żbilanċi kbar (partikularment il-Greċja, l-Ungerija u l-Portugall, għalkemm ukoll, b’livell ibgħax, ir-Repubblika Ċeka u Ċipru).

It-tieni grupp jikkonsisti minn pajjiżi li għandhom l-ispiża ta’ anzjanità sinifikanti u jeħtieġ riformi strutturali (Spanja, l-Irlanda u l-Lussemburgu) u oħrajn li jridu jikonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom fuq medda ta’ żmien medju (il-Ġermanja, Franza, l-Italja, Malta, is-Slovakkja u r-Renju Unit), bl-Italja teħtieġ li tpoġġi b’mod sod il-livell għoli ħafna tagħha ta’ dejn fuq it-triq tan-niżla. Il-Belġju għandu xi karatteristiċi minn dawn iż-żewġ sottogruppi.

It-tielet grupp ġeneralment qegħdin l-iżjed ’l quddiem f'li jlaħħqu ma' l-anzjanità. Madankollu, riskju baxx ma jfissirx ‘l-ebda’ riskju rigward sostenibbiltà fiskali.

Strateġija fuq tliet puntiBiex ilaħħqu ma’ l-impatt baġitarju ta' anzjanità hemm bżonn ta' strateġija fuq tliet punti.

L-ewwelnett, l-Istati Membri jeħtieġu jiksbu u jsostnu pożizzjonijiet baġitarji sodi u jnaqqsu d-dejn pubbliku b’pass aktar mgħaġġel. Finanzi sodi joħolqu wkoll ċirku perfett ta’ rati baxxi ta’ imgħax u tkabbir ekonomiku għoli u stabbli.

It-tieni, Stati Membri jeħtieġu li jgħollu r-rati ta’ impjieg, speċjalment fin-nisa u ħaddiema ta’ età akbar u li jgħollu l-produttività tax-xogħol. Fl-2005, ir-rata ta’ impjieg fl-UE kienet ta’ 63.8% ’l fuq minn 62.4% fl-2000[3] iżda għada ’l bogħod mill-mira ta’ 70% miftiehem mill-Istati Membri. Billi jimplimentaw b’suċċess miżuri sabiex jgħollu l-impjieg u jtejbu l-produttività, skond il-miri ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona, ikunu qegħdin jgħollu r-rata potenzjali ta’ tkabbir u jtejbu l-livell ta’ għixien għall-futur kif ukoll jikkontribwixxu lejn is-sostenibbiltà.

It-tielet, il-gvernijiet għandhom bżonn jirriformaw il-pensjoni, is-saħħa u s-sistemi ta’ kura fit-tul sabiex jiżguraw li jkunu vijabbli u adegwati. Riformi fi kważi nofs l-Istati Membri naqqsu l-impatt baġitarju ta’ l-anzjanità. Iżda ir-riformi tal-pensjoni jistgħu jkollhom suċċess komplet biss jekk ikunu akkumpanjati b’tul tal-ħajja tax-xogħol itwal. Dan iwassal għal ġbir akbar ta’ drittijiet ta’ pensjoni u għandu impatt pożittiv fuq il-livell ta’ pensjonijiet relattivi mal-pagi fil-futur; il-kisba ta’ dan tista’ madankollu teħtieġ riformi strutturali oħra.
Ir-rapport sħiħ jinsab fuq:

http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2006/eespecialreport0106_en.htm


[1] L-impatt ta’ l-anzjanità fuq l-ispiża pubblika: tbassir għal 25 Stat Membru ta’ l-UE dwar pensjonijiet, saħħa, kura fit-tul, edukazzjoni u benefiċċji għall-qgħad (2004-2050) (ara IP/06/150)

http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2006/eespecialreport0106_en.htm

[2] L-għan fuq medda ta' żmien medju (MTO) jvarja minn bilanċ jew bilanċ pożittiv għal pajjiżi b’dejn għoli/tkabbir baxx għal bilanċ jew sbilanċ żgħir għal dawk b'dejn baxx u potenzjal għal tkabbir għoli.

[3] Ara l-Istqarrija għall-Istampa ta’ l-Eurostat STAT/118/2006 tal-11 ta' Settembru 2006.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website