Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Iskorbord tas-Suq Intern: Hemm bżonn li l-Istati Membri jħaffu l-isforzi tagħhom

European Commission - IP/06/1008   18/07/2006

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL

IP/06/1008

Brussell, it-18 ta’ Lulju 2006

L-Iskorbord tas-Suq Intern: Hemm bżonn li l-Istati Membri jħaffu l-isforzi tagħhom

Skond l-aħħar Skorbord tas-Suq Intern tal-Kummissjoni Ewropea, hemm bżonn li l-Istati Membri jħaffu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw ir-regoli tas-Suq Intern fil-liġi nazzjonali. Bħala medja, 1.9% tad-Direttivi dwar is-Suq Intern li d-data ta’ l-iskadenza għall-implimentazzjoni tagħhom għaddiet, attwalment għadhom m’humiex implimentati fil-liġi nazzjonali. Dan wassal għal żieda ta’ 0.3% fuq l-aħjar riżultat li qatt inkiseb ta’ 1.6% f’Novembru 2005 (ara IP/06/192). Dan ifisser li x-xejra pożittiva ta’ dawn l-aħħar snin waqfet u d-defiċit interim fil-mira ta’ 1.5% li ftiehmu dwaru l-Kapijiet ta’ l-Istat ma ntlaħaqx. Il-progress miexi bil-mod ukoll fl-applikazzjoni korretta tar-regoli tas-Suq Intern: lanqas wieħed mill-Istati Membri ‘l-qodma' ma kien kapaċi jagħti riżultati fuq il-wegħda tiegħu li jnaqqas il-proċedimenti ta’ ksur b’50% matul il-perjodu bejn l-2003 u l-2006. It-test sħiħ ta’ l-Iskorbord tas-Suq Intern huwa disponibbli fuq is-sit: http://ec.europa.eu/internal_market/score/index_en.htm

Il-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi Charlie McCreevy qal: “In-nuqqas li nwaqqgħu l-barriera tal-1.5% hija opportunità kbira mitlufa. Il-fatt li konna daqshekk viċin l-aħħar darba kellu jispira lill-Istati Membri biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom. Minflok issa qegħdin iktar 'il bogħod mill-mira. Hemm bżonn li l-Istati Membri jerġgħu jpoġġu l-isforzi ta’ implimentazzjoni tagħhom fit-triq it-tajba.”

Traspożizzjoni tad-Direttivi tas-Suq Intern

  • F’Lulju 2006, id-defiċit tat-traspożizzjoni – il-perċentwal ta’ Direttivi dwar is-Suq Intern li ma ġewx implimentati fil-liġi nazzjonali – issa huwa ta’ 1.9%, li hu 0.3% iktar għoli mid-defiċit ta’ 1.6% f’Novembru 2005. Dan ifisser li x-xejra pożittiva ta’ dawn l-aħħar snin waqfet.
  • L-Istati Membri ‘l-ġodda’ għadhom jaħdmu aħjar b’medja ta' defiċit tat-traspożizzjoni ta' 1.5% meta mqabbel mat-2.2% ta' l-Istati Membri 'l-qodma'. Madankollu, l-isforzi tagħhom donnhom qed inaqqsu l-pass tagħhom u qegħdin f’riskju li jitilfu r-rwol eżemplari li kellhom matul dawn l-aħħar sentejn ta’ traspożizzjoni fil-ħin.
  • 14 minn 25 Stat Membru biss baqgħu taħt il-limitu ta’ 1.5%, meta mqabbla ma’ 17 f'Novembru 2005. Id-Danimarka għandha l-inqas defiċit, b’Ċipru, l-Ungerija, il-Litwanja, is-Slovenja u r-Renju Unit jiġu warajha.
  • Minbarra d-Danimarka, Ċipru, l-Awstrija u r-Renju Unit biss tejbu ċ-ċifri ta’ traspożizzjoni tagħhom minn sitt xhur ilu.
  • B’kollox, 19-il Stat Membru żiedu x-xogħol b’lura eżistenti tagħhom. Apparti l-Lussemburgu, il-prestazzjoni ta' l-Istati Membri kollha li kienet 'il fuq mil-limitu ta’ 1.5% f’ Novembru 2005 marret għall-agħar. L-Italja, il-Portugall u r-Repubblika Ċeka ħallew li l-prestazzjoni tagħhom taqa’ lura b’0.5% jew iktar.
  • Il-Lussemburgu għadu l-aħħar, flimkien mal-Greċja, l-Italja u l-Portugall. Madankollu, il-Lussemburgu rnexxielu jnaqqas ix-xogħol b’lura li għandu b’mod konsiderevoli.
  • Sfortunatament, it-tliet Stati Membri li kienu taħt il-mira ta' 1.5% f'Novembru 2005 issa jinsabu ‘l fuq minnha: Malta, il-Ġermanja u Spanja .
  • Id-defiċit tat-traspożizzjoni ta’ 1.5% huwa limitu interim. Idealment, id-defiċit tat-traspożizzjoni għandu jkun xejn, u hemm bżonn sforz sostnut mill-Istati Membri kollha biex jinżamm defiċit taħt il-1.5%. Is-suċċess tad-Danimarka li niżżlet id-defiċit tagħha sa 0.5% juri li huwa perfettament vijabbli li wieħed ikun taħt il-limitu interim – basta teżiżti r-rieda politika meħtieġa u jkun hemm organizzazzjoni tajba.

Ksur

  • L-Istrateġija tas-Suq Intern 2003-2006 talbet lill-Istati Membri jnaqqsu bin-nofs in-numru ta’ każijiet ta’ ksur sa l-2006, iżda lanqas Stat Membru wieħed mill-‘qodma’ ma rnexxielu jikseb tnaqqis ta’ 50% fuq dan il-perjodu ta’ tliet snin.
  • Ħames Stati Membri 'qodma' biss naqqsu n-numru ta' każijiet ta' ksur kontrihom: Il-Belġju, Franza, l-Awstrija, l-Olanda u l-Irlanda.
  • Xi Stati Membri jikkombinaw defiċit tat-traspożizzjoni ħażin ma’ kwalità fqira ta’ traspożizzjoni u/jew applikazzjoni mhux korretta tar-regoli tas-Suq Intern. Dan hu il-każ tal-Greċja, l-Italja u l-Portugall, li komplew żiedu n-numru diġà pjuttost għoli ta’ każijiet ta’ ksur pendenti u fl-istess ħin huma fost l-agħar fejn tidħol traspożizzjoni fil-ħin.
  • Iċ-ċifri għall-Istati Membri ‘l-ġodda’ ma jistgħux jiġu mqabbla ma’ dawk għall-Istati Membri ‘l-qodma’ peress li ċ-ċifri għall-Istati Membri ‘l-ġodda’ huma mqabbla ma’ Novembru 2005 minflok ma’ April 2003. Madankollu, is-sitwazzjoni ta’ l-Istati Membri ‘l-ġodda’ tidher li hija iktar pożittiva. Sitt Stati Membri ġodda naqqsu n-numru ta' proċeduri ta' ksur fuq dawn l-aħħar sitt xhur: ir-Repubblika Ċeka, Malta, Ir-Repubblika Slovakka, l-Estonja, il-Litwanja u s-Slovenja. Minkejja dan, ir-riżultati fil-Polonja u Ċipru huma ta’ tħassib kbir u għandhom bżonn jieħdu azzjoni urġenti biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Soluzzjoni għall-problemi

  • Laqgħat ‘pakkett’ bejn l-esperti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jibqgħu mezz effiċjenti biex jissolvew każijiet ta’ ksur minn kmieni. Ġew organizzati 25 laqgħa ‘pakkett’ bejn Lulju 2004 u Lulju 2005. Fi kważi 60% tal-każijiet, jew tinstab soluzzjoni fi żmien 6 xhur jew jittieħed pass ‘il quddiem deċiżiv.
  • Il-każijiet li jgħaddu mis-SOLVIT (in-netwerk onlajn bejn amministrazzjonijiet nazzjonali għar-riżoluzzjoni tal-problemi, li jindirizza l-ilmenti dwar l-applikazzjoni mhux korretta tar-regoli ta’ l-UE mill-awtoritajiet pubbliċi) komplew jiżdiedu fl-2005 iżda jidher li issa fl-2006 huma stabbli. SOLVIT għandu l-potenzjal li jsolvi iktar każijiet, iżda n-nuqqas ta' staff f'numru ta' ċentri tas-SOLVIT u n-nuqqas ta' tagħrif min-naħa taċ-ċittadini u n-negozji dwar x'jista' jagħmel SOLVIT għalihom jidher li mhux qed iħallu dan il-potenzjal milli jimmaterjalizza kompletament.

Ir-Rakkomandazzjoni ta’ l-2004

  • Ir-Rakkomandazzjoni ta’ l-2004 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi dwar is-Suq Intern ġabret fil-qosor l-aħjar prattiċi fl-Istati Membri u rrakkomandat lill-Istati Membri l-oħra biex jimplimentaw arranġamenti simili.
  • Huwa impressjonanti li l-Istati Membri li implimentaw l-iktar rakkomandazzjonijiet kienu wkoll dawk li ħadmu l-aħjar fir-rigward tat-traspożizzjoni fil-ħin tad-Direttivi tas-Suq Intern u vice-versa: 9 minn 10 Stati Membri li huma minn ta' l-ewwel f'termini ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jibqgħu wkoll taħt il-mira ta' defiċit tat-traspożizzjoni ta' 1.5%. F’kuntrast ma’ dan, il-ħames Stati Membri kollha li implimentaw l-inqas rakkomandazzjonijiet jinsabu ‘l fuq mill-mira ta’ defiċit tat-traspożizzjoni ta’ 1.5%.

Benefiċċji mis-Suq Intern u l-importanza ta’ l-implimentazzjoni

Is-Suq Intern għandu rwol ewlieni fil-kisba ta' l-għanijiet ta' l-UE għall-ħolqien ta' iktar tkabbir u impjiegi. Ħoloq miljuni ta’ impjiegi u biljuni ta’ euro f’prosperità. Jagħti liċ-ċittadini ta' l-UE għażla usa’ ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità u iktar libertà għas-safar, ix-xogħol, l-istudju u l-għajxien f’pajjiżi oħra ta’ l-UE filwaqt li jieħu ħsieb l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi u joffri opportunitajiet ikbar ta’ kummerċ lin-negozji. Iżda s-Suq Intern jista’ jikseb il-potenzjal sħiħ tiegħu biss jekk il-leġiżlazzjoni li ntlaħaq ftehim dwarha fuq livell Ewropew tkun implimentata b’mod effettiv u applikata mill-Istati Membri kollha.

Annex

Internal Market Scoreboard 15:

Transposition and application of Internal Market rules (details)

Transposition – EU-25 Member States

EU-25 Member State transposition deficit, as at 1/6/2006 – 1620 directives

Member State
DK
CY
HU
LT
SI
UK
EE
AT
PL
SK
SE
NL
FI
LV
ES
DE
FR
BE
IE
MT
CZ
PT
EL
IT
LU
Transposition Deficit (%)
0.5
1.0
1.1
1.2
1.2
1.3
1.4
1.4
1.4
1.4
1.4
1.5
1.5
1.5
1.7
1.8
1.9
2.0
2.0
2.2
3.0
3.7
3.8
3.8
3.8
Number of Directives
8
17
18
19
20
21
23
23
23
23
23
24
24
25
28
29
31
32
32
35
48
60
62
62
62

EU-15 Member State performance in meeting 0% target for Directives whose transposition is over 2 years late, as at 1/6/2006

Member State
DK
NL
AT
PT
FI
UK
ES
BE
IE
IT
SE
EL
DE
FR
LU
Number of Directives
0
0
0
0
0
0
1
2
2
2
2
3
6
6
8

Infringement cases against EU-15 Member States, as at 1 May 2006

Member State
DK
FI
LU
SE
NL
IE
BE
AT
PT
UK
EL
DE
FR
ES
IT
Number of open infringement cases
29
40
41
46
47
52
59
60
61
61
98
99
107
114
166

Infringement cases against EU-10 Member States, as at 1 May 2006

Member State
SI
EE
LT
SK
CZ
MT
LV
HU
CY
PL
Number of open infringement cases
1
4
4
5
7
7
8
11
16
20


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website