Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tniedi kampanja ta' pubbliċità televiżiva għall-promozzjoni ta’ ħajja mingħajr tabakk

European Commission - IP/05/606   26/05/2005

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL

IP/05/606

Brussell, is-26 ta' Mejju 2005

Il-Kummissjoni tniedi kampanja ta' pubbliċità televiżiva għall-promozzjoni ta’ ħajja mingħajr tabakk

Biex tfakkar il-Jum Dinji Mingħajr Tabakk tan-NU (il-31 ta' Mejju), il-Kummissjoni ħabbret it-tieni fażi tal-kampanja tagħha 'HELP' kontra t-tipjip - kampanja ta' pubbliċità televiżiva mifruxa ma' l-UE kollha maħsuba biex il-vizzju qattiel ma' jibqax "ħaġa normali". Billi jissostitwixxi s-sigaretti bi sfafar tal-festi fi tliet sitwazzjonijiet ta' kuljum, l-ispots juru kemm it-tipjip mhux ħaġa normali u l-problemi li jirriżultaw minnu. L-għan tal-kampanja huwa li turi li l-għajnuna hija disponibbli għal dawk bil-vizzju, li huma vulnerabbli għat-tipjip jew li huma affettwati minnu. L-ispots ma jikkundannawx lil min ipejjep jew liż-żgħażagħ iżda minflok jikkonċentraw ir-redikolaġni fuq is-sigarett innifsu. Markos Kyprianou, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u għall-Ħarsien tal-Konsumatur, illum ippreżenta lill-istampa l-ispots, li jiffurmaw parti mill-kampanja ta' l-UE kontra t-tipjip "HELP: Għal Ħajja mingħajr Tabakk" (ara IP/05/225). Flimkien ma' l-ispots li se jintwerew fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni mal-25 Stat Membru ta' l-UE mis-7 ta' Ġunju, il-Kummissarju nieda wkoll il-websajt 'HELP' u ta aġġornament dwar il-progress tal-kampanja. Fi żvilupp ieħor, il-Kummissjoni adottat leġiżlazzjoni li tippermetti l-introduzzjoni ta' "twissijiet bl-istampi" fuq il-pakketti tas-sigaretti, inklużi stampi ta' pulmuni msewda u snien imħassra (ara IP/04/1284).

Markos Kyprianou, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur, qal: "Il-parti l-kbira tan-nies ta' eta' ikbar li jpejpu jafu li l-infiq tal-flus f'vizzju li se joqtolhom huwa ħaġa redikola. Iżda ż-żgħażagħ partikolarment huma aktar vulnerabbli għan-nasba mixħuta mill-industrija tat-tabakk u jistgħu jħossuhom magħfusa biex jibdew ipejpu sabiex jiġu aċċettati bħala nies "bis-sens" minn sħabhom. Dawn l-ispots jimmiraw li jaqilbu ta' taħt fuq il-vantaġġ ta' l-industrija tat-tabakk billi juru li t-tabakk la huwa "bis-sens", la huwa ħaġa sabiħa – u lanqas normali. Bl-użu ta' l-umoriżmu, il-kampanja tfittex li tenfasizza kemm hu verament redikolu t-tipjip filwaqt li tibgħat messaġġ serju li n-nies jistgħu jiksbu l-għajnuna sabiex jgħixu ħajja mingħajr it-tabakk."

It-tliet spots juru żagħżugħ taħt pressjoni minn sħabu biex jibda' jpejjep, adult li jpejjep u li jixtieq ħafna jieqaf, u persuna li ma tpejjipx li tissaporti d-duħħan ta' ħaddieħor f'festa. Madankollu, f'kull każ, in-nies ipejpu jidhru bħala nies li qed isaffru bi sfafar tal-festa u mhux ipejpu s-sigaretti. Ittestjar estensiv minn qabel wera li l-gruppi fil-mira fehmu biċ-ċar li din is-sostituzzjoni hija maħsuba biex tirredikola t-tipjip.

L-ispots jagħlqu bil-messaġġ li l-għajnuna hija disponibbli u jippubbliċizzaw il-websajt tal-kampanja HELP www.help-eu.com. Dan is-sit fih tagħrif f'20 lingwa ta' l-UE dwar kif tieqaf tpejjep, kif tirreżisti l-pressjoni biex tibda u għaqdiet f'kull wieħed mill-25 pajjiż ta' l-UE li jistgħu jgħinu b'dawn il-problemi.

L-ispots se jintwerew f'żewġ mewġiet, li jibdew fis-7 ta' Ġunju, bit-tieni fażi f'Settembru. Qabel ma jixxandru l-ispots, kull Stat Membru ser ikun laqa' ir-"roadshow" tal-kampanja HELP.

Twissijiet bl-Istampi

Il-leġiżlazzjoni li tippermetti dan adottata mill-Kummissjoni tfisser li l-Istati Membri li jixtiequ dan jistgħu jiddeċiedu li jżidu stampi minn database żviluppata mill-Kummissjoni mat-twissijiet tas-saħħa standard ta' l-UE fuq il-prodotti tat-tabakk. Il-Belġju, l-Irlanda, il-Latvja u r-Renju Unit diġà esprimew l-interess li jagħmlu dan.

Għal aktar tagħrif

http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/Tobacco/help_en.htm

http://www.help-eu.com

u

MEMO/05/174.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website