IP/05/1679
Brussell, il-21 ta' Diċembru 2005
Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat proposta għal Regolament ġdid dwar il-produzzjoni organika, li għandu l-għan li jtejjeb iċ-ċarezza sew għall-konsumaturi kif ukoll għall-bdiewa. Ir-regoli l-ġodda se jkunu aktar sempliċi, u se jħallu li jkun hemm ċerta flessibbiltà fid-dawl ta-differenzi reġjonali fil-klima u l-kundizzjonijiet. Il-produtturi ta' l-ikel organiku se jkunu jistgħu jagħżlu jekk jużawx is-simbolu organiku ta' l-UE jew le. Jekk jagħżlu li ma jużawhx, il-prodotti tagħhom ikunu jridu jġibu t-tikketta organiċi-UE. Talanqas 95% tal-prodott finali jrid ikun organiku biex iġib din it-tikketta. Il-prodotti li jkun fihom organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) ma jkunux jistgħu jġibu t-tikketta organika, ħlief dawk li, b'riżultat ta' kontaminazzjoni inċidentali, ikun fihom sa 0.9% ta' kontenut GMO. L-importazzjoni ta' prodotti organiċi tkun permessa sakemm jikkonformaw ma' l-istandards ta' l-UE jew inkella jiġu b'garanziji ekwivalenti mill-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom.
Mariann Fischer Boel, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, qalet: "Il-konsumaturi se jsibuha ħafna eħfef li jagħrfu l-prodotti organiċi u jifhmu l-benefiċċji li jġibu magħhom għall-ambjent u l-benessri ta' l-annimali. Minflok ir-regoli ta' llum se jidħlu oħrajn aktar sempliċi u trasparenti. Sejrin jiddefinixxu l-miri u l-prinċipji għall-produzzjoni organika, jiċċaraw ir-regoli dwar it-tikkettar u jirregolaw l-importazzjoni, biex jiggarantixxu li l-konsumaturi jkunu jafu x'qed jixtru u l-bdiewa jkunu jafu preċiż x'regoli għandhom jimxu fuqhom.
Ir-Regolament il-ġdid huwa risposta għall-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ottubru 2004 dwar il-Pjan Ewropew ta' Azzjoni għall-ikel organiku u l-agrikoltura organika (EAP) ta' Ġunju 2004, li ta viżjoni globali strateġika għall-kontribut ta' l-agrikoltura organika lill-Politika Komuni dwar l-Agrikoltura. Għas-sistema ta' l-importazzjoni, ir-regoli l-ġodda se jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007. Qed jiġi propost li r-Regolament il-ġdid jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Ir-Regolament il-ġdid sejjer: