IP/05/1226
Brussell, il- 5 ta’ Ottubru 2005
Illum il-Kummissjoni adottat proposta ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-għan li tiddikjara l-2008 bħala s-"Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali". Din l-idea ġiet l-ewwel ippreżentata mill-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-Kultura, Ján Figel’, waqt is-smigħ tiegħu fil-Parlament Ewropew f’Settembru 2004. B’baġit globali ta’ € 10 miljuni, is-Sena Ewropea ser tissejjes fuq l-għana u d-diversità ta’ sensiela ta’ proġetti konkreti li ser jiġu implimentati fl-2008, permezz ta’ programmi u azzjonjiet oħra Komunitarji. L-oqsma tal-kultura, ta’ l-edukazzjoni, taż-żgħażagħ, ta’ l-isport u taċ-ċittadinanza ser ikunu l-oqsma prinċipali kkonċernati.
Filwaqt li ppreżenta din il-proposta, Ján Figel’, Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Edukazzjoni, it-Taħriġ, il-Kultura u l-Multilingwiżmu ddikjara : « dawn l-aħħar snin, l-Ewropa rat bidliet importanti permezz ta’ l-effetti magħquda tat-tkabbir konsekuttivi ta’ l-Unjoni, ta’ mobilità akbar bis-saħħa tas-Suq Waħdieni u ta’ skambji umani u kummerċjali aktar importanti mal-bqija tad-dinja. Dan sawwar interazzjonijiet bejn l-Ewropej u d-diversi kulturi, ilsna, gruppi etniċi u reliġjonijiet fil-kontinent u bnadi oħra. Id-djalogu bejn il-kulturi jitqies bħala għodda indispensabbli fil-perspettiva ta’ tressiq lejn xulxin tal-popli Ewropew, kemm bejniethom kif ukoll mal-kulturi li jiffurmawhom ».
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li l-2008 tkun iddikjarata “ Sena tad-djalogu interkulturali”, Sena Ewropea li tikkonstitwixxi, minħabba l-effett multiplikatur tagħha, għodda waħdanija li tqanqal kuxjenza fost iċ-ċittadini, u b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, dwar it-temi magħżula.
Is-Sena Ewropea għandha tieħu ħiseb, b’mod ġenerali li :
Filwaqt li tirripreżenta okkażżjoni waħdanija biex tissaħħaħ il- « mainstreaming » fl-għadd ta’ programmi u azzjonijiet Komunitarji rilevanti fl-2005, is-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali ser tippermetti li titkabbar l-importanza u l-impatt ta’ l-għadd ta’ dawn l-azzjonijiet fil-qafas tas-Sena. B’hekk ser tiġi mħeġġa dehra koerenti tal-multipliċità ta’ l-azzjonijiet Komunitarji li jikkontribwixxu għad-djalogu interkulturali, u sinerġiji bejn programmi, b’mod partikolari għal dawk li għandhom x’jaqsmu mal-pajjiżi ġirien u l-pajjiżi terżi, ser jiġu żvillupati.
Bl-istess mod, is-Sena ser tassoċja mill-qrib l-Istati Membri sabiex tiffoka l-isforzi tagħha fuq azzjonijiet ta’ tqanqil ta’ kuxjenza u ta’ komunikazzjoni.
Il-Kummissjoni tipproponi li s-Sena Ewropea tingħata baġit ta’ € 10 miljun li jippermetti tliet tipi ta’ azzjonijiet li ser jikkostitwixxu għanijiet ta' tħaddim:
It-tħejjija tas-Sena għandha tkun ikkoordinata mill-qrib mat-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea ta’ l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd fl-2007 sabiex jitkabbru s-sinerġiji u l-komplementarjetà ta’ dawn iż-żewġ inizjattivi.
Din il-proposta għandha issa tiġi eżaminata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għal adozzjoni b’ko-deċiżjoni minn issa sa l-aħħar ta’ l-2006.
Għal aktar tagħrif :