IP/05/1189
Brussels, 27 September 2005
Illum, il-Kummissjoni pproduċiet aktar riżultati mill-inizjattiva tagħha għal regolazzjoni aħjar. Wara li eżaminat 183 proposta għal-liġijiet ta’ l-UE li kienu għadhom quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni ddeċidiet li tħabbar li se tirtira aktar minn terz minnhom (68). Xi proposti minnhom huma inkonsistenti ma’ l-għanijiet tal-Partenarjat il-ġdid għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi (Liżbona) jew inkella ma jilħqux l-istandards għar-regolazzjoni aħjar. Oħrajn mhumiex qed jimxu ‘l quddiem fil-proċess leġiżlattiv, jew inkella huma sempliċment skaduti. Id-deċiżjoni ta’ llum hija biss parti mill-inizjattiva usa’ tal-Kummissjoni biex tnaqqas il-burokrazija u r-regolazzjoni żejda. Dan l-eżerċizzju huwa pass ‘il quddiem fil-mod kif il-Kummissjoni tfittex li tiżgura li l-kwalità tal-leġiżlazzjoni fl-Ewropa tippromwovi l-għanijiet tal-Partenarjat għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi. Bħala l-pass li jmiss, il-Kummissjoni se tressaq proposti li se jkollhom effett kbir u wiesa' sabiex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ l-UE f’Ottubru. Għal aktar dettalji ara MEMO/05/340.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso qal: “Din l-inizjattiva turi li l-Kummissjoni hija impenjata sew li tipproduċi leġiżlazzjoni aħjar. Ħarisna lejn kull ma kellna fuq il-mejda u neħħejna dak li ma kellniex bżonn u dak li l-Kunsill u l-Parlament ma kienu qatt se jaqblu dwaru. Dan ifisser li nistgħu nikkonċentraw l-isforzi tagħna fuq li nkabbru l-ġid fl-Ewropa u li nagħmlu l-Ewropa post aħjar fejn wieħed jista' jgħix u jaħdem. Iżda għad fadal ħafna xogħol, u għalhekk imiss li nħarsu lejn il-liġijiet li diġà qegħdin fis-seħħ sabiex nagħmluhom aktar sempliċi u effettivi.
Il-Viċi President Günter Verheugen żied : “Dan għadu biss il-bidu. Irridu naffrontaw, fuq kull front, il-burokrazija u r-regolazzjoni żejda. Din se taħdem biss jekk l-Istati Memberi jagħtu sehemhom ukoll. Dan l-eżerċizzju definittivament mhuwiex għal anqas Ewropa, iżda għal Ewropa aħjar. Ir-regolazzjoni ta’ l-EU tagħmel sens meta żżid il-valur – iżda fejn mhux hekk, inneħħuha.
Il-Kummissjoni eżaminat il-proposti tal-Kummissjoni kollha ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2004 li kineu għadhom quddiem il-Kunsill u l-Parlament. Dan fisser li nflew 183 proposta skond sett ta’ kriterji. Kienu ser jikkontribwixxu għall-kompetittività? Kienu se jtejbu r-regolazzjoni? Kien se jkun hemm ċans realistiku li jiġu addottati kieku tħallew fuq il-mejda ? Kienu saru obsoleti?
Minn dawn il-183 proposta, madwar 100 huma tassew inizjattivi leġiżlattivi ġodda, filwaqt li l-bqija huma dwar obbligi internazzjonali, deċiżjonijiet amministrattivi, addattament tekniku u, f’xi każi, il-kodifikazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-liġijiet ta’ l-UE.
68 proposta se jiġu rtirati
Dawn ma nstabux konsistenti ma' l-għanijiet ta' Liżbona jew
mal-kriterji ta’ regolazzjoni aħjar, x’aktarx li ma kinux se
jimxu aktar ‘il quddiem fil-proċess leġiżlattiv, jew
inkella kienu skadew minħabba raġunijiet oġġettivi.
Eżempji:
arranġamenti speċjali tat-taxxa
għad-diżil professjonali
promozzjoni tal-bejgħ fis-Suq
Intern
tikettar ta’ ikel
projbizzjoni għal-loris u t-trakkijiet
fi tmiem il-ġimgħa
Għal ħames proposti minnhom, il-Kummissjoni se tippreżenta analiżi ta’ l-impatt ekonomiku li l-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm.
Eżempji:
It-trasport ta' l-iskart
Il-firma ta’ konvenzjoni dwar tagħmir mobbli fuq il-mezzi ta' l-ajru
Il-VAT u l-kooperazzjoni amministrattiva għall-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar
Il-109 proposta li baqa’ se jinżammu. Iżidu l-valur Ewropew u jinkludi proposti pro-Liżbona, per eżempju il-proposti ta’ kodifikazzjoni għal regolazzjoni aħjar, jew inkella huma proposti purament tekniċi, eż. ta’ natura amministrattiva.
L-eżami li sar wassal ukoll il-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-aspetti tal-proposta dwar ir-radjazzjonijiet ottiċi marbuta ma’ l-esponiment tal-ħaddiema għad-dawl tax-xemx għandhom jitħassru.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-proposta dwar ir-radjazzjonijiet ottiċi, l-eżami wassal lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-aspetti marbuta ma’ l-esponiment tal-ħaddiema għad-dawl tax-xemx għandhom jitħassru.
Fir-rigward tal-proposta dwar il-ħaddiema temporanji, il-Kummissjoni se tqis il-proposta mill-ġdid fid-dawl tad-diskussjonijiet ġejjiena dwar proposti oħra.
L-irtirar ta' proposti pendenti, f'xi każi, ser iseħħ fil-qafas ta’ reviżjoni komplessiva tal-politika varja jew bil-ħsieb li jerġgħu jiġu kkunsidrati l-proposti fi-dawl ta’ lementi politiċi ġodda u evalkwazzjoni komprensiva ta’ l-impatt.
Il-passi li jmiss
L-isforzi tal-Kummissjoni għal regolazzjoni
aħjar issa ser jagħfsu fuq it-tħaffif u l-aġġornament
tal-corpus ta’ 80,000 paġna tal-leġiżlazzjoni
ta’ l-UE. Il-Kummissjoni se tniedi fażi ġdida inkluż
programm ta’ ħidma għal Ottubru 2005. Il-Kummissjoni staqsiet
lil-Istati Membri, in-negozji u ċ-ċittadini biex jgħidulha fejn
jistgħu jinqatgħu l-burkorazija u r-regolazzjoni żejda.
Konsultazzjoni bl-internet dwar dan se tkompli għaddejja sa tmiem
Diċembru fuq:
http://ec.europa.eu/yourvoice/forms/dispatch?form=418&lang=EN
Il-Kummissjoni ma tistax tasal weħidha għal regolazzjoni
aħjar. Huwa għalhekk li l-Istati Membri se jippreżentaw
l-inizjattivi tagħhom li jippromwovu r-Regolazzjoni Aħjar sal-15
ta’ Ottubru, kif meħtieġ mill-“Programmi ta’
Liżbona għar-Riforma Nazzjonali”.
Il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni u l-lista sħiħa ta’ proposti li għandhom
jiġu rtirati tista’ tinkiseb minn:
http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/better_regulation/index_en.htm