Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Ombudsman Ewropew, P. Nikiforos Diamandouros, iħabbar li se jirtira

European Ombudsman - EO/13/6   14/03/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS HU LT PL SL BG RO

P. Nikiforos Diamandouros

Ombudsman Ewropew

Ombudsman Ewropew

EO/13/6

14 ta' Marzu 2013

L-Ombudsman Ewropew, P. Nikiforos Diamandouros, iħabbar li se jirtira

L-Ombudsman Ewropew, P. Nikiforos Diamandouros, għarraf lill-President tal-Parlament Ewropew, Martin Schulz, bl-intenzjoni tiegħu li jirtira fl-1 ta' Ottubru 2013.

F'ittra lis-Sur Schulz, iddatata 13 ta' Marzu, is-Sur Diamandouros spjega li fi tmiem Marzu 2013 ser jagħlaq għaxar snin fil-kariga ta' Ombudsman Ewropew. Huwa ddikjara li “wasal iż-żmien biex inħares lil hinn mill-ħajja pubblika tiegħi fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea, u sabiex nassumi r-rwol preċedenti tiegħi ta' studjuż u ta' student tal-ħajja pubblika, aktar milli parteċipant fil-ħajja pubblika, u ta' ċittadin privat attiv.”

Is-Sur Diamandouros irringrazzja lis-Sur Schulz kif ukoll lill-predeċessuri tiegħu tal-fiduċja u s-sostenn qawwi li l-Parlament Ewropew u, b'mod partikolari, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, tawh fir-rwol tiegħu bħala gwardjan tal-amministrazzjoni tajba, u fl-isforzi tiegħu sabiex jippromwovi sens ta' responsabbiltà, trasparenza u kultura ta' servizz fl-amministrazzjoni tal-UE. Stieden lill-President sabiex iniedi l-proċedura għall-elezzjoni, mill-Membri tal-Parlament Ewropew, ta' Ombusman Ewropew ġdid.

Is-Sur Diamandouros twieled fil-25 ta' Ġunju 1942 f'Ateni, il-Greċja. Wara karriera twila ta' professur tax-xjenza politika fl-Istati Uniti u fil-Greċja, sar l-ewwel Ombudsman Nazzjonali tal-Greċja fl-1998. F'Jannar 2003, ġie elett mill-Parlament Ewropew bħala Ombudsman Ewropew. Il-Parlament ġedded il-mandat tiegħu fl-2005 u fl-2010.

L-ittra tal-Ombudsman lill-President Schulz hija disponibbli fuq is-sit: http://www.ombudsman.europa.eu/en/resources/otherdocument.faces/en/49549/html.bookmark

L-Ombudsman Ewropew jinvestiga lmenti dwar amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet, fil‑korpi u fl-organi tal-UE. Kull ċittadin, resident jew intrapriża jew assoċjazzjoni tal-UE f’xi Stat Membru jistgħu jressqu lment quddiem l-Ombudsman. L-Ombudsman joffri mezz flessibbli u bla ħlas kif jiġu solvuti malajr il-problemi mal-amministrazzjoni tal-UE. Għal aktar informazzjoni, ara: http://www.ombudsman.europa.eu

Għal domandi mill-istampa: is-Sinjura Gundi Gadesmann, Uffiċjal Inkarigata mill-Midja u r-Relazzjonijiet Esterni, tel.: +32 2 284 26 09,
Twitter
@GundiGadesmann, @EUombudsman


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website