Navigation path

Left navigation

Additional tools

Membri Ġodda tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jibdew il-mandat tagħhom

Court of Auditors - ECA/14/7   03/03/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

MT

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Lussemburgu, it-3 ta' Marzu 2014

ECA/14/07

Membri Ġodda tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

jibdew il-mandat tagħhom

Wara nominazzjonijiet mill-Istati Membri rispettivi, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħatar żewġ Membri ġodda tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA). Iż-żewġ sinjuri kkonċernati bdew il-mandat tagħhom fl-1 ta' Marzu 2014, għal termini ta' sitt snin li jistgħu jiġġeddu:

  • Klaus-Heiner Lehne (il-Ġermanja)

  • Oskar Herics (l-Awstrija)

Il-Kulleġġ tal-awdituri tal-UE, fil-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu, se jiltaqa' biex jiddetermina l-awli li għalihom il-Membri l-ġodda se jiġu assenjati kif ukoll id-dmirijiet speċifiċi tagħhom. Tabella ġdida tal-persunal, ritratti individwali u s-CVs tal-Membri l-ġodda jkunu disponibbli minn hawn u ftit żmien ieħor fuq il-websajt tal-Qorti www.eca.europa.eu.

Kuntatt:

Aidas Palubinskas

Uffiċjal tal-Istampa tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Tel. tal-Uffiċċju: +352 4398 45410 Mowbajl: +352 621 552224

press@eca.europa.eu www.eca.europa.eu Twitter: EUAuditorsECA


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website