Navigation path

Left navigation

Additional tools

Vítor Manuel da Silva Caldeira reġà ġie elett President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Court of Auditors - ECA/14/5   23/01/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/14/05

Il-Lussemburgu, it-23 ta' Jannar 2014

Vítor Manuel da Silva Caldeira reġà ġie elett President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Illum, is-Sur Vítor da Silva Caldeira reġà ġie elett President tal-Qorti mit-28 Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għat-tielet terminu ta' tliet snin. Il-President jissorvelja l-prestazzjoni tax-xogħol tal-Qorti u jirrappreżenta lill-istituzzjoni fir-relazzjonijiet esterni tagħha.

Is-Sur Vítor da Silva Caldeira huwa Portugiż, u sar Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f'Marzu 2000. Huwa ġie elett bħala l-10 President tal-istituzzjoni f'Jannar 2008. Matul l-ewwel mandat tiegħu huwa ssorvelja r-riforma fl-istruttura tal-Qorti u fit-teħid ta' deċiżjonijiet permezz tal-introduzzjoni tas-sistema ta' awli. Dawn ir-riformi ssimplifikaw il-ġestjoni tal-Qorti, u rendewha aktar effiċjenti u kapaċi tuża r-riżorsi tagħha bl-aktar mod effettiv. Matul it-tieni mandat tiegħu, huwa mexxa l-awdituri tal-UE fi żmien meta l-opinjonijiet tal-Qorti dwar leġiżlazzjoni finanzjarja pendenti, kif ukoll l-awditi finanzjarji u tal-prestazzjoni tagħha ħadu importanza jerġa' akbar minħabba fil-kriżi finanzjarja u fil-ħtieġa urġenti li tiġi żgurata l-ġestjoni aħjar tal-fondi tal-UE.

Qabel ma sar President, is-Sur da Silva Caldeira kien id-Dekan tal-Grupp CEAD tal-Qorti, li kien responsabbli għall-koordinazzjoni, l-evalwazzjoni, l-aċċertament, l-iżvilupp u l-komunikazzjoni. Bejn Jannar 2002 u Marzu 2006 huwa kien il-membru responsabbli għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti, il-qofol tar-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li fuqha l-Parlament Ewropew jiddependi għall-proċedura ta' kwittanza għall-baġit tal-UE.

Qabel issieħeb mal-Qorti, is-Sur da Silva Caldeira kellu diversi karigi għolja fl-amministrazzjoni nazzjonali tal-Portugall, li kienu jittrattaw l-awditjar u l-kontroll finanzjarju. Għal curriculum vitae dettaljat, jekk jogħġbok ara CV http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/CV_CALDEIRA/CV_CALDEIRA_MT.PDF.

Għal aktar dettalji dwar il-proċedura tal-ħatra, ara t-taqsima 5 tar-regoli għall-implimentazzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-QEA (http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/IMPLEMENTING_RULES_2010/IMPLEMENTING_RULES_2010_MT.PDF).


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website