Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-assistenza mill-UE lill-Asja Ċentrali hija ppjanata tajjeb, iżda l-implimentazzjoni miexja bil-mod u hija varjabbli – jgħidu l-Awdituri tal-UE

Court of Auditors - ECA/14/3   14/01/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR


Il-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/14/03

Il-Lussemburgu, l-14 ta' Jannar 2014

L-assistenza mill-UE lill-Asja Ċentrali hija ppjanata tajjeb, iżda l-implimentazzjoni miexja bil-mod u hija varjabbli – jgħidu l-Awdituri tal-UE

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) llum ippubblikat Rapport Speċjali (13/2013) dwar "Assistenza għall-iżvilupp mill-UE lill-Asja Ċentrali". Il-QEA eżaminat kif il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ppjanaw u ġestew l-assistenza għall-iżvilupp lir-repubbliki tal-Asja Ċentrali (il-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan) fil-perjodu 2007-2012.

L-awditu kkonkluda li l-Kummissjoni u s-SEAE għamlu sforzi serji, f'ċirkustanzi diffiċli, biex jippjanaw u jdaħħlu f'effett il-programm. Dan irriżulta fi ppjanar u allokazzjoni ta' assistenza ġeneralment sodisfaċenti iżda b'implimentazzjoni li mxiet bil-mod u li kienet varjabbli.

Il-Kummissjoni ddiskutiet il-prijoritajiet ma' pajjiżi sħab u fittxet li tallinja l-pjanijiet tagħha ta' nfiq mal-prijoritajiet nazzjonali tagħhom u b'distribuzzjoni ġeografika tal-għajnuna ħadet kont tal-prosperità relattiva. Il-proġetti magħżulin għall-appoġġ mill-UE lkoll ikkontribwixxew lejn l-ilħuq tal-objettivi wesgħin stipulati fid-dokument ta' strateġija reġjonali. Madankollu, il-Kummissjoni pprovdiet assistenza għal għadd akbar ta' setturi milli huwa konsistenti mal-aħjar prattika.

Il-Kummissjoni għamlet użu minn varjetà ta' modalitajiet ta' twassil fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħha. Din inkludiet għadd kbir ta' proġetti żgħar, li qiegħed piż amministrattiv akbar fuq id-delegazzjonijiet. Il-ġestjoni tal-programm saret aktar diffiċli wkoll minħabba l-firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji involuti u l-linji multipli ta' rappurtar, li jagħmluha diffiċli biex jiġi stabbilit kemm l-UE nefqet għal kull settur u għal kull pajjiż fl-Asja Ċentrali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ppruvatx tivvaluta l-ispejjeż amministrattivi kumplessivi tal-programm tagħha ta' assistenza għall-iżvilupp fl-Asja Ċentrali.

Il-Kummissjoni setgħet u kien imissha kienet aktar rigoruża fil-ġestjoni tal-programmi tagħha ta' appoġġ baġitarju fit-Taġikistan u fil-Kirgiżistan u setgħet rabtitha ma' miżuri speċifiċi kontra l-korruzzjoni. Id deċiżjonijiet dwar l-iżburżamenti kienu aktar ibbażati fuq l-impenji ta' pajjiżi sħab li jagħmlu riforma milli fuq il-progress li nkiseb.

L-implimentazzjoni inġenerali mxiet bil-mod, għalkemm b'xi varjazzjonijiet sinifikanti. Il-programmi reġjonali ma kisbux dimensjoni reġjonali ġenwina; sehem sinifikanti kien jikkonsisti biss minn faċilitajiet 'bejn ħafna pajjiżi' li kienu disponibbli għal kull pajjiż sieħeb individwalment. Il-Kummissjoni stabbilixxiet arranġamenti biex tkun tista' titgħallem mill-esperjenza u ttejjeb il-programmi tagħha maż-żmien. Dan il-proċess ta riżultati utli, għalkemm f'xi każijiet ma kinux dejjem disponibbli fil-ħin, u f'oħrajn rakkomandazzjonijiet utli ma ġewx aċċettati. Ir-rapporti tagħha ffukaw aktar fuq attività milli fuq riżultati.

Fuq il-bażi tas-sejbiet tagħha, il-QEA tirrakkomanda li s-SEAE u l-Kummissjoni:

  • ifasslu kwalunkwe programm reġjonali futur b'mod li dan ikun probabbli li jikseb dimensjoni reġjonali ġenwina;

  • jikkonċentraw l-assistenza kollha pprovduta fuq għadd żgħir ta' setturi;

  • jistabbilixxu sistema għall-kalkolu u għar-rappurtar dwar l-ispiża amministrattiva kumplessiva involuta fit-twassil tal-assistenza tagħha għall-iżvilupp;

  • jiddefinixxu u japplikaw kundizzjonijiet robusti u verifikabbli b'mod oġġettiv għal kwalunkwe programm kontinwat ta' appoġġ baġitarju, b'mod partikolari bl-għoti ta' attenzjoni suffiċjenti lill-appoġġ għal mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni;

  • itejbu t-tfassil u t-twassil tal-programmi fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda u ta' ċikustanzi li jinbidlu;

  • jirrappurtaw dwar ir-riżultati u l-impatt b'mod li jippermetti li jsir tqabbil mal-pjanijiet u l-objettivi.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website