Navigation path

Left navigation

Additional tools

Awditu tal-UE: Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-integrazzjoni ta' appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta' Pagament Uniku?

Court of Auditors - ECA/14/32   03/07/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

ECA/14/32
Biex tinħareġ minnufih
Il-Lussemburgu, it-3 ta' Lulju 2014

STEDINA - SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA

Awditu tal-UE: Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-integrazzjoni ta' appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta' Pagament Uniku?

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha u jippreżentaw ir-riżultati ta’ awditi magħżula ta’ oqsma baġitarji jew suġġetti ta’ ġestjoni speċifiċi tal-UE.

Dan ir-Rapport Speċjali (Nru 8/2014) intitolat "Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-integrazzjoni ta' appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta' Pagament Uniku?" ivvaluta kif il-Kummissjoni mmaniġġjat l-integrazzjoni ta' appoġġ mill-UE akkoppjat ma' kwantitajiet speċifiċi ta' produzzjoni agrikola (eż. art ikkultivata jew għadd ta' annimali) fl-Iskema ta' Pagament Uniku (SPU) wara l-kontroll tas-saħħa tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) fl-2008. B'mod aktar speċifiku, l-awdituri tal-UE eżaminaw jekk il-Kummissjoni ssorveljatx u vverifikatx b'mod adegwat il-kalkolu tad-drittijiet għall-pagament fl-Istati Membri, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri kinitx konformi mal-kundizzjonijiet u mal-prinċipji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE u jekk l-awtoritajiet kompetenti kinux waqqfu kontrolli effettivi biex jiżguraw kalkolu u allokazzjoni korretti tad-drittijiet għall-pagament.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Augustyn Kubik (PL), il-Membru tal-Qorti responsabbli għar-rapport.


DATA U ĦIN L-Erbgħa, id-9 ta' Lulju 2014 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE - Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MAELBEEK
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT TA' INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u fi stqarrija għall-istampa, se jkun disponibbli għas-sessjoni ta' informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE kif dawn isiru disponibbli.

Video Streaming LIVE se jitwassal permezz tal-EbS fuq: http://ec.europa.eu/avservices/ebs/live.cfm?page=1. Matul ix-xandira, jistgħu jintbagħtu mistoqsijiet permezz ta' Twitter @EUAuditorsECA. Se jkun hemm servizz ta' INTERPRETAR bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website