Navigation path

Left navigation

Additional tools

ECA/14/25
Il-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014

STEDINA - SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA

Awditu tal-UE: L-appoġġ tal-UE għal investiment u promozzjoni għas-settur tal-inbid huwa mmaniġġjat tajjeb u r-riżultati tiegħu dwar il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE huma dimostrati?

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha u jippreżentaw ir-riżultati ta’ awditi magħżula ta’ oqsma baġitarji jew suġġetti ta’ ġestjoni speċifiċi tal-UE.

Dan ir-rapport speċjali (Nru 9/2014) eżamina l-mistoqsijiet ippreżentati fit-titolu tiegħu, "L-appoġġ tal-UE għal investiment u promozzjoni għas-settur tal-inbid huwa mmaniġġjat tajjeb u r-riżultati tiegħu dwar il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE huma dimostrati?"

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Jan Kinšt (CZ), il-Membru tal-Qorti responsabbli għar-rapport.


DATA U ĦIN It-Tlieta, l-1 ta' Lulju 2014 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE - Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MAELBEEK
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT TA' INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u fi stqarrija għall-istampa, se jkun disponibbli għas-sessjoni ta' informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE kif dawn isiru disponibbli.

Video Streaming LIVE jitwassal permezz tal-EbS fuq: http://ec.europa.eu/avservices/ebs/live.cfm?page=1. Matul ix-xandira, jistgħu jintbagħtu mistoqsijiet permezz ta' Twitter @EUAuditorsECA. Se jkun hemm servizz ta' INTERPRETAR bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website