Navigation path

Left navigation

Additional tools

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Lussemburgu, is-7 ta' Jannar 2014

ECA/14/01

Il-Membri l-Ġodda tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

jidħlu għal dmirijiethom

Wara nominazzjonijiet mill-Istati Membri tagħhom, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħatar erba' Membri ġodda fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA). Huma daħlu għal dmirijiethom din il-ġimgħa, għal termini ta' sitt snin li jistgħu jiġġeddu:

  • Is-Sur Alex Brenninkmeijer (il-Pajjiżi l-Baxxi)

  • Is-Sra Danièle Lamarque (Franza)

  • Is-Sur Nikolaos Milionis (il-Greċja)

  • Is-Sur Phil Wynn Owen (ir-Renju Unit)

Barra minn hekk, mill-1 ta' Jannar 2014 iġġedded il-mandat ta' sitt snin ta' Membru attwali tal-QEA:

  • Is-Sur Henri Grethen (il-Lussemburgu)

Il-Kulleġġ tal-awdituri tal-UE fil-kompożizzjoni ġdida tiegħu se jiltaqa' biex jiddetermina l-awli li fihom il-Membri l-ġodda se jiġu assenjati kif ukoll id-dmirijiet speċifiċi tagħhom. Tabella ġdida tal-persunal, ritratti individwali u s-CVs tal-Membri l-ġodda jkunu disponibbli minn hawn u ftit żmien ieħor fuq il-websajt tal-Qorti www.eca.europa.eu.

Kuntatt:

Aidas Palubinskas

Uffiċjal tal-Istampa tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Tel. tal-Uffiċċju: +352 4398 45410 Mowbajl: +352 621 552224

press@eca.europa.eu www.eca.europa.eu Twitter: @EUAuditorsECA


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website