Navigation path

Left navigation

Additional tools

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/13/8

Il-Lussemburgu, it-3 ta’ April 2013

STEDINASESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA
L-appoġġ tal-UE lill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel kien effettiv u effiċjenti fiż-żieda tal-valur lill-prodotti agrikoli?

Taħt il-PAK, isiru disponibbli għotjiet tal-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE għal intrapriżi li jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw prodotti agrikoli permezz ta’ miżura msejħa ‘Żieda tal-valur lill-prodotti agrikoli u tal-foresti’ bl-għan li ttejjeb il-kompetittività tal-agrikoltura u l-forestrija. Il-baġit tal-UE assenja EUR 5,6 biljun f’għajnuna għall-2007-2013. Dan il-finanzjament hu kkomplementat permezz ta’ nfiq nazzjonali, li jġib it-total tal-finanzjament pubbliku għal EUR 9 biljun.

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha, u jippreżentaw ir-riżultati ta’ awditi magħżula ta’ oqsma baġitarji jew suġġetti ta’ ġestjoni speċifiċi tal-UE.

Dan ir-rapport speċjali huwa intitolatL-appoġġ tal-UE lill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel kien effettiv u effiċjenti fiż-żieda tal-valur lill-prodotti agrikoli?Il-QEA eżaminat jekk il-miżura ġietx imfassla u implimentata b’tali mod li pprovdiet għall-finanzjament effiċjenti ta’ proġetti li jindirizzaw ħtiġijiet identifikati b’mod ċar u jekk il-miżura kinitx immonitorjata u evalwata b’tali mod li ppermetta li r-riżultati tagħha jkunu murija.

L-awdituri tal-UE eżaminaw proġetti fi Spanja, Franza, l-Italja, il-Litwanja, il-Polonja u r-Rumanija.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Jan Kinšt, Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN L-Erbgħa, l-10 ta’ April 2013 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE - Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MALBEEK
155, rue de la Loi,
1040 Brussellil-Belġju

PAKKETT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa se jkun disponibbli għas-sessjoni ta’ informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR ikun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website