Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/13/6

Il-Lussemburgu, 26 ta’ Frar 2013

STEDINA – SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA

Ġew stabbiliti għodod għall-monitoraġġ tal-effettività tal-infiq tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien?

    Il-Fond Soċjali Ewropew huwa strument finanzjarju ewlieni mfassal biex jgħin lill-Istati Membri jilħqu l-objettivi tal-politika tal-UE għall-impjieg. L-għanijiet tiegħu huma l-promozzjoni tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni qegħda u dawk żvantaġġati, primarjament bl-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ taħriġ. Mill-2007 sal-aħħar tal-2013, l-infiq tal-FSE se jammonta għal aktar minn EUR 75 biljun, li jirrappreżenta madwar 8 % tal-baġit totali tal-UE. Sitt programmi b’valur ta’ EUR 222 miljun kienu magħżula għall-awditjar, u koprew erba’ Stati Membri (il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit).

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha, u jippreżentaw ir-riżultati ta’ awditi magħżula ta’ oqsma baġitarji jew temi ta’ ġestjoni speċifiċi tal-UE.

Dan ir-rapport speċjali (SR 25/2012) intitolat “Ġew stabbiliti għodod għall-monitoraġġ tal-effettività tal-infiq tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien?” vvaluta jekk l-Istati Membri u l-Kummissjoni kinux stabbilixxew u implimentaw l-għodod meħtieġa biex tiġi vvalutata l-effettività tal-azzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) immirati lejn ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Huwa ffoka fuq il-kontenut tal-programmi operazzjonali u b’mod partikolari fuq l-objettivi u l-indikaturi operazzjonali kwantifikati, kif ukoll fuq is-sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Lazaros Lazarou, Membru tal-Qorti.



DATA U ĦIN It-Tlieta, il-5 ta’ Marzu 2013 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali għall-Istampa

SALA MAALBEEK

155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u l-istqarrija għall-istampa se jkun disponibbli għas-sessjoni ta’ informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR ikun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site