Navigation path

Left navigation

Additional tools

ECA/13/43

Court of Auditors - ECA/13/43   04/12/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

MT


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

Il-Lussemburgu, l-4 ta' Diċembru 2013

ECA/13/43

STEDINA - SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA

Appoġġ Finanzjarju Dirett mill-Unjoni Ewropea lill-Awtorità Palestinjana

Mill-2008 'l hawn, l-akbar programm tal-UE fit-territorju Palestinjan okkupat kien l-Appoġġ Finanzjarju Dirett (DFS) mill-PEGASE, li pprovda madwar EUR 1 biljun f’finanzjamenti mill-2008 sal-2012. Dan l-awditu tal-prestazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri eżamina jekk il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kinux ġestew dan il-programm b'mod tajjeb għal dak il-perjodu.

Id-DFS mill-PEGASE jfittex li jgħin lill-Awtorità Palestinjana tissodisfa l-obbligi tagħha lejn l-impjegati taċ-Ċivil, il-pensjonanti u familji vulnerabbli, iżżomm is-servizzi pubbliċi essenzjali u ttejjeb il-finanzi pubbliċi.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Hans Gustaf Wessberg (SE), il-Membru tal-Qorti responsabbli għar-rapport.


DATA U ĦIN L-Erbgħa, il-11 ta' Diċembru 2013 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE - Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MAALBEEK
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT TA' INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa se jkun disponibbli għas-sessjoni ta' informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 23 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR se jkun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website