Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

"Dgħufijet fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' appoġġ agrikolu speċifiku", jgħidu l-Awdituri tal-UE

Cour des comptes - ECA/13/41   26/11/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/13/41

Il-Lussemburgu, is-26 ta' Novembru 2013

"Dgħufijet fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' appoġġ agrikolu speċifiku", jgħidu l-Awdituri tal-UE

Rapport ippubblikat illum mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) jiżvela li ma hemmx evidenza suffiċjenti fl-Istati Membri li l-miżuri introdotti taħt l-Artikolu 68 huma meħtieġa jew rilevanti

Mal-introduzzjoni tal-Iskema ta’ Pagament Uniku, fl-2003, l-Istati Membri tħallew jassenjaw sa 10 % tal-limiti massimi nazzjonali tagħhom tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) biex iħallsu għal appoġġ speċifiku u, b'mod partikolari, biex ikomplu japplikaw ċerti miżuri ta' appoġġ marbuta mal-produzzjoni għall-bdiewa. Dan l-appoġġ speċifiku ġie estiż bl-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 73/2009 li żied l-għadd ta' objettivi jew attivitajiet li għalihom tista' tingħata għajnuna.

Erbgħa u għoxrin Stat Membru ddeċidew li jagħmlu użu mill-Artikolu 68, permezz ta' taħlita diversa ta' 113-il miżura li huma estremament varjati. Il-baġit totali għall-perjodu 2010-2013 huwa ta' EUR 6,4 biljun. L-awditu twettaq fis-servizzi tal-Kummissjoni u f'erba' Stati Membri li jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 70 % tal-allokazzjoni baġitarja għal dawn il-miżuri. Kienu ġew allokati EUR 2 686 miljun għal dawn il-miżuri għall-perjodu 2010-2013, li jirrappreżentaw ftit aktar minn 40 % tal-baġit totali għall-Artikolu 68.

L-awditu sab li l-qafas stabbilit biex jiġi żgurat li dan l-appoġġ ikun ipprovdut biss f'każijiet definiti b'mod ċar huwa insuffiċjenti. Il-Kummissjoni ftit li xejn għandha kontroll fuq il-ġustifikazzjoni għal tali każijiet u l-Istati Membri għandhom grad għoli ta' diskrezzjoni fl-esekuzzjoni ta' dawn il-pagamenti. Fil-parti l-kbira, il-Kummissjoni ma tista' tieħu ebda azzjoni legalment vinkolanti, u l-uniku obbligu tal-Istati Membri huwa li jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet li jieħdu. B'riżultat ta' dan, l-implimentazzjoni tal-Artikolu 68 ma kinitx dejjem allinjata bis-sħiħ mal-PAK u ma kienx hemm evidenza suffiċjenti li l-miżuri introdotti taħt l-Artikolu 68 huma dejjem meħtieġa jew rilevanti f'termini ta' ħtiġijiet, effettività u livelli ta' għajnuna disponibbli.

Noti lill-edituri:

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha, u jippreżentaw ir-riżultati ta’ awditi magħżula ta’ oqsma baġitarji jew suġġetti ta’ ġestjoni speċifiċi tal-UE.

Dan ir-rapport speċjali (RS Nru 10/2013) huwa intitolat "Politika Agrikola Komuni: L-appoġġ speċifiku pprovdut taħt l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 huwa mfassal u implimentat tajjeb?". Il-QEA eżaminat jekk l-introduzzjoni tal-appoġġ previst fl-Artikolu 68 u l-mod ta' kif dan ġie implimentat fl-2010 u fl-2011 (arranġamenti ta' ġestjoni u kontroll) huwiex konsistenti mal-Politika Agrikola Komuni (PAK), u huwiex meħtieġ, rilevanti u implimentat b'sistema ta' kontroll sodisfaċenti.

L-awditu twettaq fis-servizzi tal-Kummissjoni u fil-Greċja, fi Spanja (Aragona, Galicia, Castilla la Mancha), fi Franza u fl-Italja (Emilia Ro­magna, Lazio), bl-Istati Membri jirrappreżentaw 68 % tal-allo­kazzjoni baġitarja għall-perjodu 2010-2013 u 73 % tal-infiq ibbaġitjat għall-ewwel sentejn. Ix-xogħol iffoka fuq għażla ta' 13-il miżura: għajnuna għall-qamħ durum (il-Greċja), għajnuna għan-nagħaġ/għall-mogħoż f'żoni żvantaġġati (il-Greċja), drittijiet ġodda għal pagament uniku f'żoni żvantaġġati jew f'żoni muntanjużi (il-Greċja), għajnuna għar-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba' f'żoni ta' raba' bagħli (Spanja ), għajnuna għas-settur tal-ħalib f'żoni żvantaġġati (Spanja), għajnuna għal-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż (Spanja), għajnuna addizzjonali għall-uċuħ tal-proteini (Franza), għajnuna għaż-żamma tal-biedja organika (Franza), għajnuna għan-nagħaġ/għall-mogħoż (Franza), assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba' (Franza), rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba' (l-Italja), titjib tal-kwalità ta' prodotti agrikoli fis-settur tal-bovini (l-Italja), u assigurazzjoni (l-Italja).

Minbarra d-dgħufijiet enfasizzati hawn fuq, l-awditu żvela li l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ taħt l-Artikolu 68 huma milquta minn diversi nuqqasijiet, bħal dgħufijiet fis-sistemi amministrattivi u ta' kontroll li kienu ġew stabbiliti biex jiġi żgurat li l-miżuri eżistenti ġew implimentati b'mod korrett. Dan kien daqstant minnu għas-sistemi ta' ġestjoni, għall-kontrolli amministrattivi u għall-kontrolli (verifiki) fuq il-post, xi drabi minkejja l-piżijiet ta' ġestjoni u kontroll li kienu diġà tqal. Dawn in-nuqqasijiet, u oħrajn deskritti fil-qosor fir-rapport, għandhom jiġu indirizzati fil-kuntest tal-PAK il-ġdid fejn l-appoġġ speċifiku għandu jinżamm fil-forma ta' pagamenti akkoppjati.

Ibbażat fuq is-sejbiet tagħha, il-QEA tirrakkomanda b'mod partikolari li:

  • appoġġ speċifiku għal ċerti attivitajiet agrikoli għandu jkunu bbażat fuq fehim strett tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 68 u l-għoti ta' tali appoġġ għandu jiġi ġġustifikat b'mod adegwat lill-Kummissjoni u ċċekkjat minnha;

  • biex tkun tista' tassumi r-responsabbiltà aħħarija tagħha ta­ħt is-sistema ta' ġestjoni kondiviża, il-Kum­missjoni għandu jkollha rwol aktar attiv fl-istabb­iliment tal-kriterji li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-miżuri;

  • l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa juru li kull miżura ta' appoġġ speċifiku li jkollhom l-in­tenzjoni jintroduċu tkun meħtieġa (f'termini tal-ħtieġa għal u l-valur miżjud ta' approċċ ibbażat fuq derogi), rilevanti (f'termini ta' arranġamenti għall-implimenta­zzjoni, kriterji tal-għoti u livelli ta' għajnuna), u li tissodisfa l-kriterji ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Aktar rakkomandazzjonijiet jistgħu jinstabu fir-rapport u fis-sommarju eżekuttiv tiegħu fuq www.eca.europa.eu.

Kuntatt:

Aidas Palubinskas

Uffiċjal tal-Istampa tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Tel. tal-Uffiċċju: +352 4398 45410 Mowbajl: +352 621 552224

press@eca.europa.eu www.eca.europa.eu Twitter: @EUAuditorsECA


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site