Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/13/3

Il-Lussemburgu, it-18 ta’ Frar 2013

STEDINA – SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA
Ir-reazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għat-terremot tal-2009 f’Abruzzi: Ir-relevanza u l-kost tal-operazzjonijiet

Kmieni f’April 2009, terremot laqat lir-reġjun Taljan ta’ Abruzzi u l-belt kapitali tiegħu L'Aquila, u kkawża ħsara diretta stmata 'l fuq minn EUR 10 biljun. F’Novembru 2009, l-Unjoni Ewropea kkontribwixxiet nofs biljun euro għall-operazzjonijiet ta’ emerġenza Taljani mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) tagħha.

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha, u jippreżentaw ir-riżultati ta’ awditi magħżula ta’ oqsma baġitarji jew temi ta’ ġestjoni speċifiċi tal-UE.

Dan ir-rapport speċjali (RS 24/2012) intitolat “Ir-reazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għat-terremot tal-2009 f’Abruzzi: Ir-relevanza u l-kost tal-operazzjonijiet” eżamina jekk (i) in-nefqa prevista fil-Ftehim ta’ Implimentazzjoni kinitx konformi mar-Regolament EUSF, (ii) jekk il-proġett CASE (akronimu Taljan għal “Complessi Abitativi Antisismici ed Ecosostenibili”, jiġifieri djar li huma sismikament iżolati u ambjentalment sostenibbli) kienx ippjanat tajjeb u implimentat rapidament u (iii) jekk il-proġett CASE kienx implimentat bl-aktar mod ekonomiku.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Ville Itälä, Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN
It-Tnejn, il-25 ta’ Frar 2013 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MAALBEEK
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa, se jkun disponibbli għas-sessjoni ta’ informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 ilsien uffiċjali.

INTERPRETAR ikun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site