Navigation path

Left navigation

Additional tools

Appoġġ tal-UE għall-governanza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

Court of Auditors - ECA/13/28   24/09/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI Il-Lussemburgu, l-24 ta' Settembru 2013

ECA/13/28

STEDINA – SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA

Appoġġ tal-UE għall-governanza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

Il-governanza tajba hija valur Ewropew fundamentali u komponent ewlieni tal-kooperazzjoni tal-UE għall-iżvilupp ma' pajjiżi terzi. Mindu reġgħet bdiet il-kooperazzjoni strutturali mal-RDK, l-UE pprovdiet madwar EUR 1,9 biljun f'assistenza bejn l-2003 u l-2011, u b'hekk saret waħda mis-sħab l-aktar importanti għall-iżvilupp tal-pajjiż.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) vvalutat jekk l-appoġġ tal-UE għall-governanza huwiex rilevanti għall-ħtiġijiet u huwiex qed jikseb ir-riżultati ppjanati tiegħu u jekk il-Kummissjoni tiħux kont biżżejjed tal-kuntest fraġli tal-RDK fit-tfassil tal-programmi tal-UE. L-awditu kopra l-appoġġ tal-UE għall-proċess elettorali, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà (ġustizzja u pulizija), ir-riforma tal-ĠFP u d-deċentralizzazzjoni matul il-perjodu mill-2003 sal-2011.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Hans Gustav Wessberg (SE), Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN It-Tlieta, l-1 ta' Ottubru 2013 fl-10:30

POST RESIDENCE PALACE - Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MAALBEEK
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa se jkun disponibbli għas-sessjoni ta’ informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 23 lingwa uffiċjali (waqt li l-verżjonijiet tal-lingwi jsiru disponibbli wara t-traduzzjoni).

INTERPRETAR se jkun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website