Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

STEDINA – SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA L-Istati Membri u l-Kummissjoni kisbu l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz bil-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali?

Cour des comptes - ECA/13/24   10/09/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/13/24

Il-Lussemburgu, l-10 ta' Settembru 2013

STEDINA – SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA
L-Istati Membri u l-Kummissjoni kisbu l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz bil-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali?

L-infiq tal-iżvilupp rurali tal-UE għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali huwa intenzjonat li jindirizza problemi identifikati f'żoni rurali bħad-depopolazzjoni, l-iskarsezza ta’ opportunitajiet ekonomiċi u l-qgħad. Huwa jipprovdi finanzjament lin-nies u lin-negozji rurali għal proġetti bħala għajnuna fl-appoġġ għat-tkabbir, l-impjieg u l-iżvilupp sostenibbli.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vvalutat jekk il-miżuri ġewx imfassla u implimentati b'tali mod li jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tkabbir u l-impjiegi u jekk intgħażlux il-proġetti l-aktar effettivi u effiċjenti għall-finanzjament. Barra minn hekk, il-Qorti vvalutat jekk l-informazzjoni disponibbli dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni pprovdietx informazzjoni affidabbli, kompleta u fil-ħin dwar ir-riżultati tal-miżuri.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Jan Kinšt (CZ), Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN It-Tlieta, is-17 ta' Settembru 2013 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MALBEEK
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa se jkun disponibbli għas-sessjoni ta’ informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR se jkun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site