Navigation path

Left navigation

Additional tools


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/13/21

Il-Lussemburgu, it-9 ta’ Lulju 2013

STEDINASESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA
Il-programmi Marco Polo kienu effettivi fiċ-ċaqliq tat-traffiku lil hinn mit-toroq?

Sa mill-2003, il-programmi Marco Polo I u II iffinanzjaw proġetti ta’ servizzi ta’ trasport imfasslin biex iċaqalqu t-trasport ta’ merkanzija mit-triq għall-ferroviji, għall-passaġġi tal-ilma interni u għat-tbaħħir fil-qosor. Il-programmi kienu parti mill-objettiv tal-politika tat-trasport tal-UE li jiġu żviluppati alternattivi għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq biss. Dan l-objettiv ġeneralment aċċettat jimmira li jnaqqas it-traffiku tat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq, u b’hekk titjieb il-prestazzjoni ambjentali tat-trasport ta’ merkanzija, titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u tiżdied is-sigurtà fit-toroq.

Il-QEA vvalutat jekk il-Kummissjoni kinitx ippjanat il-programmi, u jekk kinitx qiegħda ġġestihom u tissorveljahom, b’tali mod li tkabbar l-effettività tagħhom, u jekk il-proġetti ffinanzjati kinux effettivi.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Ville Itälä (FI), Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN It-Tlieta, is-16 ta’ Lulju 2013 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MALBEEK
155, rue de la Loi,
1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa jkun disponibbli għas-sessjoni ta’ informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR ikun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website