Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

STEDINA – SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA Il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE jintnefqu sew fuq it-toroq?

Cour des comptes - ECA/13/20   08/07/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO


IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/13/20

Il-Lussemburgu, is-8 ta’ Lulju 2013

STEDINASESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA
Il-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE jintnefqu sew fuq it-toroq?

L-awdituri tal-UE vvalutaw jekk il-proġetti ta’ infrastruttura tat-toroq li ġejjin mill-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE laħqux l-objettivi tagħhom bi spiża raġonevoli. L-awditu involva proġetti kofinanzjati tat-toroq fil-Ġermanja (DE), fil-Greċja (EL), fil-Polonja (PL) u fi Spanja (ES). Dawn l-erba’ Stati Membri għandhom l-ogħla allokazzjonijiet ta' fondi tal-Politika ta' Koeżjoni għat-toroq fil-perjodu 2000 2013, li jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 62 % tal-kofinanzjament kollu għat-toroq mill-UE. L-awditu kopra awtostradi (10 proġetti), toroq għal traffiku veloċi (10 proġetti) u toroq prinċipali importanti b’żewġ lejns (4 proġetti).

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Harald Wögerbauer (AT), Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN It-Tnejn, il-15 ta’ Lulju 2013 fil-11:00

POST The RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MALBEEK
155, rue de la Loi,
1040 Brussellil-Belġju

PAKKETT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa jkun disponibbli għas-sessjoni ta’ informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR ikun disponibbli bil-Ġermaniż u bl-Ingliż.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site