Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Awdituri tal-UE u tal-Istati Membri lill-President tal-Kunsill Ewropew: “Unjoni Ekonomika u Monetarja genwina u governanza ekonomika msaħħa jeħtieġu awditjar sod”

Court of Auditors - ECA/13/17   12/06/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT FI EL CS HU LT LV PL SK BG RO HR

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/13/17

Il-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013

L-Awdituri tal-UE u tal-Istati Membri lill-President tal-Kunsill Ewropew: “Unjoni Ekonomika u Monetarja genwina u governanza ekonomika msaħħa jeħtieġu awditjar sod

Filwaqt li indirizzaw lill-President tal-Kunsill Ewropew Van Rompuy illum, il-kapijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tal-Istituzzjonijiet tal-Awditjar tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) appellaw lill-Kunsill Ewropew li jmiss biex idaħħal fis-seħħ miżuri leġiżlattivi li jsaħħu l-awditjar u l-obbligu ta’ rendikont fi ħdan il-governanza ekonomika tal-UE.

Il-Kapijiet tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Istati Membri tal-UE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-Kumitat ta’ Kuntatt) qegħdin isegwu mill-qrib l-iżviluppi konnessi mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u mal-governanza ekonomika tal-UE, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill- arranġamenti tal-awditjar u tal-obbligu ta’ rendikont assoċjati.

Matul laqgħa reċenti fil-Lussemburgu, il-Kumitat ta’ Kuntatt irrikonoxxa l-isforzi preċedenti tal-Kunsill Ewropew fl-iżvilupp ta’ miżuri u għodod biex iġibu l-istabbiltà, il-koordinazzjoni u l-governanza tajba fil-ġestjoni ta’ fondi pubbliċi u laqgħa l-importanza li ngħatat lill-prinċipji ta’ leġittimità demokratika u tal-obbligu ta’ rendikont fil-pjan direzzjonali għall-kisba ta’ UEM ġenwina.

Il-Kumitat ta’ Kuntatt appella għal miżuri leġiżlattivi u ta’ politika li jsaħħu l-awditjar u l-obbligu ta’ rendikont fl-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarj, l-unjoni bankarja, u l-koordinazzjoni msaħħa tal-politika ekonomika tal-UE. B’mod partikolari l-awdituri enfasizzaw il-ħtieġa li:

jinbena qafas koerenti tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar;

• tingħaraf l-importanza tal-awditjar estern pubbliku fil-leġiżlazzjoni tal-UE;

• jissaħħu l-arranġamenti tal-awditjar fir-rigward tal-unjoni bankarja;

• tingħata attenzjoni partikolari lir-rwol tal-awditjar pubbliku fil-qasam tad-dixxiplina fiskali; u

• tiġi żgurata l-koerenza tal-awditjar fl-istrumenti finanzjarji ta’ stabbilizzazzjoni.

Il-Kumitat ta’ Kuntatt qies li l-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew se tkun opportunità importanti biex jittieħed kunsiderazzjoni ta’ dawn il-prinċipji u biex jissaħħaħ ir-rwol tal-awditjar pubbliku estern meta il-finanzi pubbliċi jkunu fil-periklu.

L-istqarrija mill-Awdituri tal-UE u tal-Istati Membri hija disponibbli hawn: http://eca.europa.eu/portal/page/portal/contactcommittee/resolutionsandreports/ccresolutions

Kuntatt:

Aidas Palubinskas

Uffiċjal għall-Istampa, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Uffiċċju: +352 4398 45410 Mowbajl: +352 621 552224

press@eca.europa.eu www.eca.europa.eu Twitter: @EUAuditorsECA


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website