Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Siti “abbandunati”: jeħtieġ ippjanar aħjar biex it-tindif jaħdem, jgħidu l-Awdituri tal-UE

Cour des comptes - ECA/13/11   18/04/2013

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/13/11

Il-Lussemburgu, it-18 ta’ April 2013

Siti “abbandunati”: jeħtieġ ippjanar aħjar biex it-tindif jaħdem, jgħidu l-Awdituri tal-UE

Rapport ġdid mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-għassiesa tal-infiq tal-UE, isejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb l-operazzjoni ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni fuq l-hekk imsejħa siti “abbandunati” – dawk li qabel kienu żoni industrijali u militari li huma ħafna drabi mitluqa u kontaminati.

L-Awdituri, sabu li setgħu nkisbu riżultati bi spiża mnaqqsa għall-baġits nazzjonali u tal-UE għax il-ħtieġa għal finanzjament pubbliku mhux dejjem ġiet stabbilita u r-regoli li jirregolaw proġetti ta’ riġenerazzjoni ffinanzjati mill-UE ma jagħtux biżżejjed possibbiltà għat-treġġigħ lura ta’ flus pubbliċi jekk il-proġetti jiġġeneraw aktar dħul milli mistenni. Huma sabu wkoll li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas ma ġiex applikat għalkollox u b’hekk il-fondi nazzjonali u tal-UE ġarrbu parti mill-ispiża tat-tindif ambjentali.

L-għadd ta’ siti abbandunati fl-Ewropa huwa stmat li jinsab fil-firxa ta’ bejn ftit mijiet fi Stati Membri żgħar u ftit mijiet ta’ eluf fi Stati Membri akbar b’imgħoddi industrijali għani. Il-FEŻR u l-fondi ta’ Koeżjoni kkofinanzjaw proġetti ta’ riġenerazzjoni biex jippromwovu l-użu mill-ġdid ta’ dawn is-siti kif ukoll biex iħarsu s-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u biex jimmitigaw it-tifrix urban.

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-proġetti jittrasformaw is-siti b’suċċess, jgħidu l-Awdituri, f’ħafna każijiet l-art żviluppata mill-ġdid u l-bini mhux qed jiġu użati kif ippjanat u l-ħolqien ta’ impjiegi kien aktar baxx milli mistenni. Dan seħħ parzjalment minħabba li ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni għall-ħtieġa ta’ analiżi tajba tas-suq iżda wkoll minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

L-istorja ta’ tniġġis fuq siti abbandunati fl-UE tibqa’ sfida sinifikanti. Proġetti ta’ riġenerazzjoni kofinanzjati mill-UE wasslu għat-trasformazzjoni li wegħdu, iżda ħafna drabi l-progress kien bil-mod u nħolqu anqas impjiegi. Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas huwa prattikament impossibbli biex jiġi applikat fil-prattika u m’hemmx mekkaniżmi suffiċjenti għal awtoritajiet pubbliċi biex ireġġgħu lura l-investimenti jekk il-proġetti jiġġeneraw aktar dħul milli mistenni’, qal Henri Grethen, il-Membru tal-QEA responsabbli għal dan ir-rapport, “F’dan l-isfond, it-tindif ta’ tniġġis storiku probabbilment se jkollu jkompli jitħallas mill-fondi pubbliċi.

Fl-Istati Membri kollha miżjura mill-Awdituri, strumenti ta’ ppjanar spazjali jiġu użati biex tiġi implimentata politika dwar siti abbandunati, li ħafna minnhom jippromwovu aspetti ta’ prattika tajba. Madankollu, l-istabbiliment ta’ prijoritajiet huwa kkumplikat mill-fatt li reġistri ta’ siti abbandunati mhux dejjem jiġu mantnuti. Skont l-Awdituri, ir-regolamenti tal-Fondi Strutturali għandhom jirrikjedu li proġetti ta’ żvilupp ta’ siti abbandunati jkunu bbażati fuq pjanijiet ta’ żvilupp integrati u għandu jsir aktar biex jiġi promoss l-użu mill-ġdid ta’ siti abbandunati minflok l-iżvilupp f’siti maħdara. Il-proġetti kollha kellhom xi karatteristiċi tajbin fir-rigward tas-sostenibbiltà fuq terminu ta’ żmien itwal, iżda r-riżultati tax-xogħlijiet ta’ rimedju ambjentali mhux dejjem ġew iċċertifikati b’mod xieraq u hemm differenzi kbar bejn il-valuri ta’ skrinjar nazzjonali tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija.

L-iskop ta’ din l-istqarrija għall-istampa huwa li jingħataw il-messaġġi prinċipali tar-rapport speċjali adottat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Ir-rapport sħiħ jinsab fuq www.eca.europa.eu.

Kuntatt:

Aidas Palubinskas

Uffiċjal tal-Istampa tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Tel. tal-uffiċċju: +352 4398 45410 Mowbajl: +352 621 552224 press@eca.europa.eu www.eca.europa.eu Twitter: @EUAuditorsECA


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site