Navigation path

Left navigation

Additional tools

STEDINA – SESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA Il-Miżuri Strutturali tal-UE appoġġaw b’suċċess ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari abbandunati?

Court of Auditors - ECA/13/10   11/04/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/13/10

Il-Lussemburgu, 11 ta’ April 2013

STEDINASESSJONI TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA
Il-Miżuri Strutturali tal-UE appoġġaw b’suċċess ir-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari abbandunati?

F’dawn l-aħħar snin, aktar u aktar siti industrijali u militari mitluqa (hekk imsejħa siti abbandunati) saru disponibbli għall-użu. L-għadd tagħhom fl-Ewropa huwa stmat li jinsab fil-firxa ta’ bejn ftit mijiet fi Stati Membri żgħar u ftit mijiet ta’ eluf fi Stati Membri akbar b’imgħoddi industrijali għani. Ħafna siti abbandunati huma kontaminati. Ir-riġenerazzjoni u l-użu mill-ġdid ta’ siti abbandunati huma promossi mill-Miżuri Strutturali tal-UE għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u għall-mitigazzjoni ta’ tifrix urban.

Dan ir-rapport speċjali vvaluta jekk il-proġetti ta’ riġenerazzjoni kofinanzjati mill-UE laħqux l-objettivi tagħhom; l-immirar tal-appoġġ mill-UE għar-riġenerazzjoni ta’ siti industrijali u militari kienx ibbażat fuq kriterji robusti; u r-riżultati nkisbux bil-prezz l-aktar baxx għall-baġit tal-UE.

L-awditu twettaq minn Marzu sa Diċembru 2011 fil-Kummissjoni u fil-ħames Stati Membri li rrappreżentaw il-biċċa l-kbira tan-nefqa relatata ma’ proġetti ffinanzjati matul il-perjodi ta’ programmar 2000-2006 u 2007-2013: il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka. Il-kampjun ta’ 27 proġett eżaminat kien jiswa total ta’ EUR 231 miljun f’kofinanzjament mill-UE

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Henri Grethen, Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN Il-Ħamis, it-18 ta’ April 2013 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE - Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
SALA MALBEEK
155, rue de la Loi,
1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa se jkun disponibbli għas-sessjoni ta’ informazzjoni għall-istampa. Ir-Rapport Speċjali jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR ikun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website