Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/12/54

Il-Lussemburgu, it-8 ta’ Jannar 2013

STEDINA – INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA
Il-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp (FEŻ) għal netwerk tat-toroq sostenibbli fl-Afrika tas-sub-Saħara

L-UE hija waħda mill-akbar donaturi fis-settur tat-toroq fl-Afrika tas-sub-Saħara. It-trasport tat-triq huwa settur fokali għall-istrateġija tal-kooperazzjoni tal-FEŻ (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp) mal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Afrika tas-sub-Saħara. Finanzjarjament, dan huwa mingħajr dubju l-aktar settur importanti, b’madwar EUR 7,4 biljun f’impenji tal-FEŻ għal dan ir-reġjun matul il-perjodu 1995 sal-2011.

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha, u jippreżentaw ir-riżultati ta’ verifiki magħżula ta’ oqsma baġitarji jew temi ta’ ġestjoni speċifiċi tal-UE. Dan ir-rapport speċjali (RS 17/2012) intitolat “Il-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp (FEŻ) għal netwerk tat-toroq sostenibbli fl-Afrika tas-sub-Saħara” ivvaluta jekk il-FEŻ ikkontribwixxiex b’mod effettiv għas-sostenibilità tan-netwerk tat-toroq fl-Afrika tas-sub-Saħara: jekk l-infrastruttura tat-toroq appoġġjata mill-FEŻ hijiex sostenibbli u jekk il-Kummissjoni tagħmilx promozzjoni b’mod effettiv tas-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq. Il-verifika ffokat fuq is-sostenibilità teknika, finanzjarja u istituzzjonali tal-infrastruttura tat-trasport tat-toroq u analizzat 48 programm iffinanzjat mill-1995 taħt it-tmien, id-disa’ u l-għaxar FEŻ f’sitt pajjiżi msieħba: il-Benin, il-Burkina Faso, il-Kamerun, iċ-Ċad, it-Tanzanija u ż-Żambja.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Szabolcs Fazakas, Membru tal-Qorti.


DATA U ĦIN It-Tlieta, il-15 ta’ Jannar 2013 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
MAELBEEK ROOM
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa, se jkun disponibbli għall-konferenza stampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR se jkun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site