
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
Il-Lussemburgu, is-7 ta’ Jannar 2013
STEDINA – INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA
Il-kosteffettività tal-Investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni fl-Effiċjenza Enerġetika
Il-kost taż-żieda fil-konsum tal-enerġija, it-tnaqqis tar-riżervi tal-karburanti fossili u l-effett tal-attivitajiet tal-bniedem fuq it-tibdil fil-klima globali huma l-motivaturi tal-politiki reċenti tal-effiċjenza enerġetika. Sa mis-sena 2000, l-Unjoni Ewropea, permezz tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tagħha, nefqet kważi EUR 5 biljun għall-kofinanzjament ta’ miżuri għall-effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri huma t-tnejn responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tajba ta’ dawn il-fondi.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vvalutat jekk l-investimenti tal-Politika ta’ Koeżjoni fl-effiċjenza enerġetika kinux kosteffettivi.
Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Harald Wögerbauer, Membru tal-Qorti.
DATA U ĦIN It-Tnejn, l-14 ta’ Jannar 2012 fl-10:30
POST The RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
MAELBEEK ROOM
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju
PAKKETT GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa, se jkun disponibbli għall-konferenza stampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.
Se jkun hemm disponibbli l-INTERPRETAZZJONI bil-Ġermaniż u bl-Ingliż.