Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Waħda mill-missjonijiet primarji tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri hi li l-Kummissjoni Ewropea tiġi pprovduta b’rakkomandazzjonijiet dwar kif għandha ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja tagħha tal-baġit tal-UE. Ir-rapport tal-Qorti juri li r-rakkomandazzjonijiet tagħha ntlaqgħu mill-Kummissjoni.

Cour des comptes - ECA/12/51   14/12/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ECA/12/51

Il-Lussemburgu, l-14 ta’ Diċembru 2012

Waħda mill-missjonijiet primarji tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri hi li l-Kummissjoni Ewropea tiġi pprovduta b’rakkomandazzjonijiet dwar kif għandha ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja tagħha tal-baġit tal-UE. Ir-rapport tal-Qorti juri li r-rakkomandazzjonijiet tagħha ntlaqgħu mill-Kummissjoni.

Ir-rapport juri li l-Kummissjoni tassew tieħu azzjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. Il-maġġoranza vasta tar-rakkomandazzjonijiet kienu implimentati bis-sħiħ jew inkella kienu implimentati fil-biċċa l-kbira tal-aspetti. F'każ wieħed biss kien hemm okkorrenza ta' nuqqas ta' implimentazzjoni. Il-Qorti sabet li l-Kummissjoni għandha sistema implimentata biex iġġesti l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u tat-talbiet mill-Parlament u l-Kunsill, imma din is-sistema teħtieġ tiġi msaħħa biex tippermetti lill-Kummissjoni tirreaġixxi b’mod f’waqtu, effiċjenti u effettiv.

Ninsab kuntent li qed nara lill-Kummissjonji tieħu azzjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tal-UE”, qal Henrik Otbo, il-membru tal-QEA responsabbli għar-rapport, “Imma hemm ukoll lok għal titjib – il-Kummissjoni teħtieġ ittejjeb is-sistema tagħha ta’ kif timmaniġġa r-rakkomandazzjonijiet biex tirreaġixxi b’mod f’waqtu, effiċjenti u effettiv. Il-Qorti għandha l-ħsieb li tħejji rapport annwali ta' segwitu u b'hekk hija tixtieq tikkontribwixxi aktar għat-titjib ta' ġestjoni finanzjarja soda fl-UE.”

Noti lill-edituri:

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha, u jippreżentaw riżultati ta’ verifiki magħżula ta’ oqsma baġitarji speċifiċi tal-UE jew temi ta’ ġestjoni.

Dan ir-rapport speċjali (RS 19/2012) intitolat “Segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri” janalizza sa fejn il-Kummissjoni implimentat ir-rakkomandazzjonijiet ta' sebgħa mir-rapporti speċjali tal-Qorti mill-perjodu 2003-2009. Ir-Rapporti Speċjali segwiti koprew tliet oqsma baġitarji: agrikoltura, enerġija u azzjonijiet esterni. Il-Qorti vvalutat l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni b’rispons għar-rakommandazzjonijiet tal-Qorti. L-istandards internazzjonali tal-verifika jqisu s-segwitu tar-rapporti tal-verifika bħala l-istadju finali fiċ-ċiklu tal-verifika tal-prestazzjoni tal-ippjanar, l-eżekuzzjoni u s-segwitu.

Bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet analizzati kienu jirrelataw ma’ kwistjonijiet ta’ effettività (eż. it-twaqqif ta’ objettivi strateġiċi, it-tħejjija tal-proposti tal-proġetti, it-tfassil tal-proġetti, il-prestazzjoni tal-proġetti, u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni), filwaqt li l-bqija tar-rakkomandazzjonijiet jitrattaw kwistjonijiet relatati mal-ekonomija u l-effiċjenza (eż. l-okkorrenza ta’ pagamenti eċċessivi u l-kwalità u t-twaqqit tal-metodi tal-għażla tal-proġetti). Il-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ 29 % tar-rakkomandazzjonijiet eżaminati, filwaqt li 49 % ġew implimentati fil-biċċa l-kbira tal-aspetti, 20 % f’xi aspetti, u 2 % ma ġewx implimentati.

L-eżerċizzju ta’ segwitu tal-Qorti jindika li, ir-rapporti ta’ verifika tal-Qorti kkontribwixxew għal titjib fil-ġestjoni finanzjarja li sar f’għadd ta’ oqsma tal-baġit tal-UE.

Kuntatt:

Aidas Palubinskas

Uffiċjal tal-Istampa

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Tel. tal-uffiċċju: +352 4398 45410 Mowbajl: +352 621 552224

press@eca.europa.eu www.eca.europa.eu Twitter: @EUAuditorsECA


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site