Navigation path

Left navigation

Additional tools

STEDINA – KONFERENZA STAMPA Il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Rifuġjati jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi?

Court of Auditors - ECA/12/49   03/12/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/12/49

Il-Lussemburgu, it 3 ta’ Diċembru 2012

STEDINA – KONFERENZA STAMPA
Il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Rifuġjati jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi?

L-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi hija kwistjoni ta’ importanza kbira fuq l-aġenda politika tal-UE u tal-Istati Membri u, matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-UE żiedet b’mod konsiderevoli l-attivitajiet tagħha f’dan il-qasam. Dan ir-rapport jivvaluta jekk il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Rifuġjati jikkontribwixxux b’mod effettiv għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE.

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huma ppubblikati matul is-sena kollha, u jippreżentaw ir-riżultati ta’ verifiki magħżula ta’ oqsma baġitarji jew temi ta’ ġestjoni speċifiċi tal-UE. Dan ir-rapport speċjali (RS 22/2012) intitolat “Il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Rifuġjati jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi?” indirizza l-kwistjoni dwar jekk il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Rifuġjati tal-programm SOLID jikkontribwixxux b’mod effettiv għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali tar-rapport se jiġu ppreżentati lill-istampa mis-Sur Milan Martin Cvikl, Membru tal-Qorti.

DATA U ĦIN It-Tlieta, il-11 ta’ Diċembru 2012 fl-10:30

POST The RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali għall-Istampa
MAELBEEK ROOM
155, rue de la Loi, 1040 Brussell – il-Belġju

PAKKETT GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u stqarrija għall-istampa, se jkun disponibbli għall-konferenza stampa. Ir-Rapport Speċjali se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu, fi 22 lingwa uffiċjali.

INTERPRETAR se jkun disponibbli bil-Franċiż u bl-Ingliż.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website