Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Informazzjoni dwar stedina Agrikoltura

Cour des comptes - ECA/12/47   20/11/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO


QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

ECA/12/47
Il-Lussemburgu, 20 ta’ Novembru 2012

Informazzjoni dwar stedina
Agrikoltura

L-ewwel rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-iskema prinċipali ta’ appoġġ għad-dħul għall-bdiewa fl-Istati Membri Ġodda (magħrufa bħala l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja – SAPS). Dan ir-rapport jipprovdi valutazzjoni approfondita tad-dgħufijiet prinċipali, bħalma huma pagamenti li jsiru lil benefiċjarji li mhumiex involuti fl-agrikoltura (jew huma involuti marġinalment biss), pagamenti fir-rigward ta’ art abbandunata jew art iddedikata għal attivitajiet li mhumiex agrikoli, pagamenti magħmula lil entitajiet tal-istat, konċentrazzjoni qawwija ta’ għajnuna fuq għadd żgħir ta’ benefiċjarji iżda li huma ta’ daqs kbir eċċ, li għandhom jiġu indirizzati sabiex titjieb il-ġestjoni tajba tagħha. Ir-rapport huwa kontribut għad-diskussjonijiet li għadhom għaddejjin dwar ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni.

Dan ir-rapport se jiġi ppreżentat lill-istampa u lill-pubbliku mis-Sur Michel Cretin, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Ir-Rapport speċjali 16/2012: "L-effettività tal-Iskema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja bħala sistema transizzjonali li tappoġġa lill-bdiewa fl-Istati Membri Ġodda"

DATA U ĦIN It-Tlieta, 27 ta’ Novembru 2012 fl-10:30

POST RESIDENCE PALACE – Ċentru Internazzjonali tal-Istampa
MAELBEEK ROOM (KAMRA MAELBEEK)
155, rue de la Loi,
1040 Brussell – Il-Belgju
(www.residencepalace.be)

Se jkun hemm disponibbli INTERPRETAZZJONI bil-Franċiż u bl-Ingliż.

L-aċċess għall-kamra fejn se ssir il-laqgħa mhuwiex soġġett għal akkreditazzjoni speċifika.

PAKKETT GĦALL-ISTAMPA, li jikkonsisti fir-Rapport Speċjali u sommarju tiegħu, se jkun disponibbli bit-22 lingwa uffiċjali u se jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Qorti, www.eca.europa.eu,


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site